+TAQSIMA I Ajrunavigabbiltà u protezzjoni ambjentali
---+Artikolu 9 Rekwiżiti essenzjali
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 10 Konformità
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 11 Disinn tal-prodotti
---+Artikolu 12 Disinn tal-parts
---+Artikolu 13 Disinn ta' tagħmir mhux installat
---+Artikolu 14 Inġenji tal-ajru individwali
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 15 Organizzazzjonijiet
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
------+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 16 Persunal
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 17 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 18 Derogi
------+Artikolu 18 1.
------+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 19 Setgħat delegati
------+Artikolu 19 1.
------+Artikolu 19 2.
------+Artikolu 19 3.
------+Artikolu 19 4.

TAQSIMA I Ajrunavigabbiltà u protezzjoni ambjentali

TAQSIMA I Ajrunavigabbiltà u protezzjoni ambjentali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 Rekwiżiti essenzjali
Artikolu 10 Konformità
Artikolu 11 Disinn tal-prodotti

Artikolu 11

Disinn tal-prodotti

Id-disinn ta' prodott għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u għandu jinħareġ b'ċertifikat tat-tip. Bidliet għal dak id-disinn għandhom ikunu wkoll soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni u għandhom jirriżultaw fil-ħruġ ta' ċertifikat tal-bidliet, inkluż f'ċertifikati tat-tip supplimentari. Id-disinni tat-tiswija għandhom ikunu soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni u għandhom jinħarġu b'approvazzjoni.

Approvazzjoni għandha tinħareġ fir-rigward tad-data tal-adegwatezza operazzjonali assoċjata ma' disinn tat-tip. Dik l-approvazzjoni għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat ristrett tat-tip imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1), kif applikabbli.

Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet, dik l-approvazzjoni tad-disinni tat-tiswija u dik l-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operazzjonali għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita f'konformità mal-atti delegati msemmija fil-punt (b) (i) u (ii) tal-Artikolu 19(1), kif applikabbli, u li d-disinn tal-prodott ma jkollu l-ebda aspett jew karatteristika li tagħmlu mhux kompatibbli mal-ambjent jew mhux sikur għat-tħaddim.

Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet, dik l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija u dik l-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operazzjonali jistgħu jinħarġu wkoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat il-privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati jew l-approvazzjonijiet skont l-att delegat imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda ċertifikat separat tat-tip għad-disinn tal-magni u tal-iskrejjen li jkunu ġew iċċertifikati bħala parti mid-disinn ta' inġenju tal-ajru f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 12 Disinn tal-parts

Artikolu 12

Disinn tal-parts

Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mill-atti delegati adottati msemmija fl-Artikolu 19, id-disinn tal-parts għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u għandu jinħariġlu ċertifikat.

Dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-part jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1).

Dak iċ-ċertifikat jista' wkoll jinħareġ mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li l-disinn tal-part jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1).

Ma għandu jkun rikjest l-ebda ċertifikat separat għad-disinn ta' parts li jkunu ġew iċċertifikati bħala parti mid-disinn ta' prodott skont l-Artikolu 11.

Artikolu 13 Disinn ta' tagħmir mhux installat

Artikolu 13

Disinn ta' tagħmir mhux installat

Meta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 ikunu jipprevedu hekk, id-disinn tat-tagħmir mhux installat għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u għandu jinħariġlu ċertifikat.

Dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn ta' tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1).

Dak iċ-ċertifikat jista' jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tat-tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1).

Artikolu 14 Inġenji tal-ajru individwali
Artikolu 15 Organizzazzjonijiet
Artikolu 16 Persunal
Artikolu 17 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà
Artikolu 18 Derogi
Artikolu 19 Setgħat delegati

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.