|
+Artikolu 43 1. |
Artikolu 43 1.Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 u l-konformità magħhom, għall-forniment ta’ ATM/ANS imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-forniment ta’ ATM/ANS f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40, inkluż l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontinġenza f’konformità mal-punt 5.1(f) tal-Anness VIII;
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 41(1);
(bb)
il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41(3a);
(c)
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjir imsemmija fl-Artikolu 41(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dikjarazzjonijiet bħal dawn iridu jkunu permessi;
(d)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 42(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu meħtieġa;
(e)
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;
(f)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 41(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 42(1), u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 41(5) u mal-punt (a) tal-Artikolu 42(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|