+Artikolu 50 Atti ta' implimentazzjoni rigward il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
|
Artikolu 50 Atti ta' implimentazzjoni rigward il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 50 1.
|
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 48 u l-konformità magħhom, għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4, u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
il-kategoriji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet differenti għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49;
(b)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta' liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 49;
(c)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49, inkluż ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u taċ-ċertifikati mediċi nazzjonali għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u għaċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 49;
(d)
ir-regoli u l-proċeduri għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fir-rigward tal-limitazzjonijiet tal-ħin ta' ħidma u r-rekwiżiti ta' mistrieħ; dawn ir-regoli u l-proċeduri jridu jipproduċu livell għoli ta' sikurezza billi jipproteġu kontra l-effetti tal-għeja filwaqt li, fl-istess ħin, jippermettu biżżejjed flessibbiltà fl-iskedar.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
|
|
Artikolu 50 2.
|
Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 48 ta' dan ir-Regolament u għandha tieħu kont debitu
►C1
tal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Anness 1 għall-Konvenzjoni ta' Chicago.
|
|
Artikolu 50 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, meta jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 dwar sistemi tal-IA li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta’ dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|