|
+Artikolu 50 1. |
Artikolu 50 1.Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 48 u l-konformità magħhom, għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4, u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
il-kategoriji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet differenti għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49;
(b)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta' liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 49;
(c)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49, inkluż ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u taċ-ċertifikati mediċi nazzjonali għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u għaċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 49;
(d)
ir-regoli u l-proċeduri għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fir-rigward tal-limitazzjonijiet tal-ħin ta' ħidma u r-rekwiżiti ta' mistrieħ; dawn ir-regoli u l-proċeduri jridu jipproduċu livell għoli ta' sikurezza billi jipproteġu kontra l-effetti tal-għeja filwaqt li, fl-istess ħin, jippermettu biżżejjed flessibbiltà fl-iskedar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|