+Artikolu 69 Entitajiet kwalifikati
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.
|
Artikolu 69 Entitajiet kwalifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 69 1.
|
L-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jallokaw il-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza skont dan ir-Regolament lil entitajiet kwalifikati li jkunu ġew akkreditati f'konformità mal-atti delegati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 62(13) jew l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(14) bħala konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jagħmlu użu mill-entitajiet kwalifikati għandhom jistabbilixxu sistema għal dik l-akkreditazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet kwalifikati ma' dawk il-kriterji, kemm fil-mument tal-akkreditazzjoni kif ukoll kontinwament wara dan. Entità kwalifikata għandha tiġi akkreditata individwalment mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali kompetenti, jew konġuntament minn żewġ awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew aktar jew mill-Aġenzija u minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar.
|
|
Artikolu 69 2.
|
L-Aġenzija jew l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, kif applikabbli, għandhom jemendaw, jillimitaw, jirrevokaw jew jissospendu l-akkreditazzjoni li jkunu taw lill-entità kwalifikata, meta dik l-entità ma tibqax tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI.
|
|
Artikolu 69 3.
|
L-Aġenzija jew l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jakkreditaw lil entità kwalifikata jistgħu jagħtuha privileġġ li toħroġ, iġġedded, temenda, tillimita, tissospendi u tirrevoka ċertifikati, jew li tirċievi dikjarazzjonijiet, f'isem l-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti nazzjonali. Dak il-privileġġ għandu jiġi inkluż fl-ambitu tal-akkreditazzjoni.
|
|
Artikolu 69 4.
|
L-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jirrikonoxxu, mingħajr rekwiżiti tekniċi jew evalwazzjoni ulterjuri, l-akkreditazzjonijiet ta' entitajiet kwalifikati li jkunu ngħataw mill-Aġenzija u minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra f'konformità mal-paragrafu 1. Madankollu, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma għandhomx jiġu obbligati jużaw l-ambitu sħiħ tal-akkreditazzjoni mogħtija minn awtorità kompetenti nazzjonali oħra jew mill-Aġenzija, u lanqas li jużaw l-ambitu sħiħ tal-privileġġi li jkunu ngħataw lil dik l-entità kwalifikata minn awtorità kompetenti nazzjonali oħra jew mill-Aġenzija f'konformità mal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 69 5.
|
L-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iwettqu skambju ta' informazzjoni dwar l-akkreditazzjonijiet li jkunu ngħataw, li jkunu ġew sospiżi, limitati jew revokati, inkluż informazzjoni dwar l-ambitu tal-akkreditazzjoni u l-privileġġi li jkunu ngħataw. L-Aġenzija għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli permezz tar-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|