+Artikolu 70 Dispożizzjonijiet ta' salvagwardja
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
|
Artikolu 70 Dispożizzjonijiet ta' salvagwardja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1.
|
Dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu ma għandhomx jipprevjenu lil Stat Membru milli jirreaġixxi minnufih għal problema relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, meta jkunu ġew sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha:
(a)
il-problema tinvolvi riskju serju għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tkun meħtieġa azzjoni immedjata minn dak l-Istat Membru biex din tiġi indirizzata;
(b)
ma jkunx possibbli li l-Istat Membru jindirizza l-problema b'mod adegwat f'konformità mar-Regolament u mal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(c)
l-azzjoni meħuda tkun proporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-problema.
F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, dwar il-miżuri meħuda, kemm ser idumu japplikaw u r-raġunijiet għalfejn ġew meħuda.
|
|
Artikolu 70 2.
|
Ladarba l-Aġenzija tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha, mingħajr dewmien żejjed, tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ikunux ġew sodisfatti. Ir-riżultati ta' dik il-valutazzjoni għandhom jiġu inklużi mill-Aġenzija fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74. Fejn l-Aġenzija tqis li dawk il-kondizzjonijiet ikunu ġew sodisfatti, għandha tivvaluta, mingħajr dewmien żejjed, jekk hijiex kapaċi tindirizza l-problema identifikata mill-Istat Membru billi tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(4), u b'dan telimina l-ħtieġa għall-miżuri meħuda mill-Istat Membru. Fejn l-Aġenzija tqis li tista' tindirizza l-problema b'dik il-manjiera, għandha tieħu d-deċiżjoni xierqa għal dan il-għan u tgħarraf lill-Istati Membri dwarha permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74. Meta l-Aġenzija tqis li l-problema ma tkunx tista' tiġi indirizzata b'dak il-mod, għandha tirrakkomanda lill-Kummissjoni li temenda kull att delegat jew ta' implimentazzjoni adottat abbażi ta' dan ir-Regolament bil-mod li tqis li jkun neċessarju fid-dawl tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Fejn l-Aġenzija tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti għandha toħroġ, mingħajr dewmien żejjed, rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija għandha tinkludi dik ir-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74.
|
|
Artikolu 70 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, jekk il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ikunux ġew sodisfatti.
|
|
Artikolu 70 4.
|
Meta tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti jew meta ma tibqax timxi mal-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien żejjed, atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha u li jippreżentaw is-sejbiet tagħha f'dak ir-rigward. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jiddaħħlu mill-Aġenzija fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74. Hekk kif l-Istat Membru kkonċernat jiġi nnotifikat b'att ta' implimentazzjoni li tikkonferma li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti, huwa għandu jirrevoka minnufih il-miżura meħuda skont il-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|