|
+Artikolu 70 1. |
Artikolu 70 1.Dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu ma għandhomx jipprevjenu lil Stat Membru milli jirreaġixxi minnufih għal problema relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, meta jkunu ġew sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha:
(a)
il-problema tinvolvi riskju serju għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tkun meħtieġa azzjoni immedjata minn dak l-Istat Membru biex din tiġi indirizzata;
(b)
ma jkunx possibbli li l-Istat Membru jindirizza l-problema b'mod adegwat f'konformità mar-Regolament u mal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(c)
l-azzjoni meħuda tkun proporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-problema. F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, dwar il-miżuri meħuda, kemm ser idumu japplikaw u r-raġunijiet għalfejn ġew meħuda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|