|
+Artikolu 104 3. |
Artikolu 104 3.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija b'dan ir-Regolament jew b'atti oħra tal-Unjoni. B'mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex:
(a)
japprova l-miżuri tal-Aġenzija kif definiti fl-Artikolu 76 fil-limiti speċifikati b'dan ir-Regolament u bl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(b)
jiddeċiedi dwar investigazzjonijiet, spezzjonijiet u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ kif previst fl-Artikoli 83 u 85;
(c)
jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta' kompiti lil entitajiet kwalifikati skont l-Artikolu 69(1) u dwar it-twettiq ta' investigazzjonijiet f'isem l-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew mill-entitajiet kwalifikati f'konformità mal-Artikolu 83(1);
(d)
jieħu l-miżuri meħtieġa li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-Aġenzija relatati mal-kooperazzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 90;
(e)
jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tal-Aġenzija f'konformità ma' dan ir-Regolament;
(f)
jimplimenta deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' Tmexxija;
(g)
iħejji r-rapport konsolidat annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;
(h)
iħejji l-abbozz tar-rendikont tal-istimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija skont l-Artikolu 120, u jimplimenta l-baġit tagħha skont l-Artikolu 121;
(i)
jiddelega s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv tiegħu lil membri oħra tal-persunal tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli applikabbli għal tali delegi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2);
(j)
iħejji d-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 117(1), u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni, wara li jkun kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni;
(k)
jimplimenta d-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 117(1), u jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
(l)
iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll tal-investigazzjonijiet li jsiru mill-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord ta' Tmexxija;
(m)
jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li tħallsu bi żball u, meta dan ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;
(n)
iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jippreżentaha lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;
(o)
iħejji abbozz ta' regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija;
(p)
iħejji l-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-aġġornamenti sussegwenti tiegħu, u jippreżentahom lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;
(q)
jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni;
(r)
iwieġeb għal talbiet ta' assistenza mill-Kummissjoni li jkunu saru f'konformità ma' dan ir-Regolament;
(s)
jaċċetta r-riallokazzjoni ta' responsabbiltajiet lill-Aġenzija f'konformità mal-Artikoli 64 u 65;
(t)
iwettaq l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija;
(u)
jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, fejn meħtieġ, dwar kwalunkwe tibdil fihom, ħlief għal dawk fil-livell tad-diretturi, li ser ikunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija;
(v)
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' konflitti ta' interess fir-rigward ta' parteċipanti fi gruppi ta' ħidma u gruppi ta' esperti, u membri oħra tal-persunal mhux koperti mir-Regolamenti tal-Persunal, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar dikjarazzjonijiet ta' interess u, fejn xieraq, attivitajiet okkupazzjonali ta' wara l-impjieg. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|