+Artikolu 104 Ir-Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv
---+Artikolu 104 1.
---+Artikolu 104 2.
---+Artikolu 104 3.
---+Artikolu 104 4.

Artikolu 104 Ir-Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 104 1.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jmexxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli lejn il-Bord ta' Tmexxija. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, u tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas għandu jieħu struzzjonijiet mingħand kwalunkwe gvern jew korp ieħor.
Artikolu 104 2.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta' dmirijietu meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq ta' dawk id-dmirijiet.
Artikolu 104 3.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija b'dan ir-Regolament jew b'atti oħra tal-Unjoni. B'mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex:

(a) 

japprova l-miżuri tal-Aġenzija kif definiti fl-Artikolu 76 fil-limiti speċifikati b'dan ir-Regolament u bl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

(b) 

jiddeċiedi dwar investigazzjonijiet, spezzjonijiet u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ kif previst fl-Artikoli 83 u 85;

(c) 

jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta' kompiti lil entitajiet kwalifikati skont l-Artikolu 69(1) u dwar it-twettiq ta' investigazzjonijiet f'isem l-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew mill-entitajiet kwalifikati f'konformità mal-Artikolu 83(1);

(d) 

jieħu l-miżuri meħtieġa li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-Aġenzija relatati mal-kooperazzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 90;

(e) 

jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tal-Aġenzija f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(f) 

jimplimenta deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' Tmexxija;

(g) 

iħejji r-rapport konsolidat annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;

(h) 

iħejji l-abbozz tar-rendikont tal-istimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija skont l-Artikolu 120, u jimplimenta l-baġit tagħha skont l-Artikolu 121;

(i) 

jiddelega s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv tiegħu lil membri oħra tal-persunal tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli applikabbli għal tali delegi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2);

(j) 

iħejji d-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 117(1), u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni, wara li jkun kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni;

(k) 

jimplimenta d-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 117(1), u jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(l) 

iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll tal-investigazzjonijiet li jsiru mill-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord ta' Tmexxija;

(m) 

jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li tħallsu bi żball u, meta dan ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(n) 

iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jippreżentaha lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;

(o) 

iħejji abbozz ta' regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija;

(p) 

iħejji l-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-aġġornamenti sussegwenti tiegħu, u jippreżentahom lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;

(q) 

jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni;

(r) 

iwieġeb għal talbiet ta' assistenza mill-Kummissjoni li jkunu saru f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(s) 

jaċċetta r-riallokazzjoni ta' responsabbiltajiet lill-Aġenzija f'konformità mal-Artikoli 64 u 65;

(t) 

iwettaq l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija;

(u) 

jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, fejn meħtieġ, dwar kwalunkwe tibdil fihom, ħlief għal dawk fil-livell tad-diretturi, li ser ikunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija;

(v) 

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' konflitti ta' interess fir-rigward ta' parteċipanti fi gruppi ta' ħidma u gruppi ta' esperti, u membri oħra tal-persunal mhux koperti mir-Regolamenti tal-Persunal, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar dikjarazzjonijiet ta' interess u, fejn xieraq, attivitajiet okkupazzjonali ta' wara l-impjieg.

Artikolu 104 4.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ, għall-fini li l-kompiti tal-Aġenzija jitwettqu b'mod effiċjenti u effettiv, li jiġi stabbilit uffiċċju lokali wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar jew biex jikkollokaw persunal fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'pajjiżi terzi soġġett għall-ftehimiet xierqa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Dik id-deċiżjoni tirrikjedi l-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord ta' Tmexxija u, fejn applikabbli, tal-Istat Membru li fih irid jiġi stabbilit l-uffiċċju lokali. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali jew minn dak il-persunal kollokat b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.