+Artikolu 124 Evalwazzjoni
---+Artikolu 124 1.
---+Artikolu 124 2.
---+Artikolu 124 3.
|
Artikolu 124 Evalwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 124 1.
|
Sa mhux aktar tard mit-12 ta' Settembru 2023, u mbagħad kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiki ta' ħidma tagħha fl-istabbiliment ta' livell għoli ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili. L-evalwazzjoni għandha wkoll tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika ta' dan it-tip. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali.
|
|
Artikolu 124 2.
|
Meta l-Kummissjoni tqis li ma jkunx għadu ġġustifikat li l-Aġenzija tkompli fir-rigward tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti assenjati lilha, tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif meħtieġ jew imħassar.
|
|
Artikolu 124 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tibgħat is-sejbiet tal-evalwazzjoni, flimkien mal-konklużjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta' Tmexxija. Għandu jiġi inkluż pjan ta' azzjoni bi skeda ta' żmien, jekk ikun adatt. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|