|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti dettalji dwar dawn li ġejjin:
(a)
il-portatur, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni;
(b)
sid il-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni fejn is-sid ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), fejn is-sid ikun persuna ġuridika;
(c)
jekk ikun disponibbli, ir-riċevitur intenzjonat tal-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna ġuridika;
(d)
in-natura u l-ammont jew il-valur tal-flus kontanti;
(e)
il-provenjenza ekonomika tal-flus kontanti;
(f)
l-użu intenzjonat tal-flus kontanti;
(g)
ir-rotta tat-trasport; u
(h)
il-mezz tat-trasport. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|