+Artikolu 3 L-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.

Artikolu 3 L-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati

L-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
Il-portaturi li jġorru flus kontanti ta’ valur ta’ EUR 10 000 jew aktar għandhom jiddikjaraw dawk il-flus kontanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu jkunu deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u jagħtuhom aċċess għalihom għall-finijiet ta’ kontroll. L-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ flus kontanti ma għandux jitqies li jkun issodisfat jekk l-informazzjoni li tingħata ma tkunx korretta jew sħiħa jew jekk ma jingħatax aċċess għall-flus kontanti għall-finijiet ta’ kontroll.
Artikolu 3 2.

Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti dettalji dwar dawn li ġejjin:

(a) 

il-portatur, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni;

(b) 

sid il-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni fejn is-sid ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), fejn is-sid ikun persuna ġuridika;

(c) 

jekk ikun disponibbli, ir-riċevitur intenzjonat tal-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna ġuridika;

(d) 

in-natura u l-ammont jew il-valur tal-flus kontanti;

(e) 

il-provenjenza ekonomika tal-flus kontanti;

(f) 

l-użu intenzjonat tal-flus kontanti;

(g) 

ir-rotta tat-trasport; u

(h) 

il-mezz tat-trasport.

Artikolu 3 3.
Id-dettalji elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu pprovduti bil-miktub jew b’mod elettroniku, permezz tal-formola ta’ dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1). Meta tintalab, għandha tingħata kopja approvata tad-dikjarazzjoni lid-dikjarant.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1672
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.