+Artikolu 7 Żamma temporanja ta’ flus kontanti mill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
|
Artikolu 7 Żamma temporanja ta’ flus kontanti mill-awtoritajiet kompetenti
Żamma temporanja ta’ flus kontanti mill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżommu l-flus kontanti temporanjament permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali fejn:
(a)
l-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati taħt l-Artikolu 3 jew l-obbligu tad-divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati taħt l-Artikolu 4 ma jiġix issodisfat; jew
(b)
ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti, irrispettivament mill-ammont, ikunu marbutin ma’ attività kriminali.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għal rimedju effettiv skont il-proċeduri previsti fil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni amministrattiva lil:
(a)
il-persuna li għandha l-obbligu li tagħmel id-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 3 jew id-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni skont l-Artikolu 4; jew
(b)
il-persuna li għandha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni skont l-Artikolu 6(1) jew (2).
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-perjodu ta’ żamma temporanja għandu jkun limitat strettament taħt il-liġi nazzjonali għaż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ jiġġustifikawx żamma itwal. Il-perjodu ta’ żamma temporanja ma għandux jeċċedi 30 jum. Wara li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ żamma temporanja itwal, huma jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-perjodu ta’ żamma temporanja sa massimu ta’ 90 jum. Fejn ma tiġix iddeterminata żamma itwal tal-flus kontanti f’dak il-perjodu, jew jekk jiġi ddeterminat li ċ-ċirkostanzi tal-każ ma jiġġustifikawx żamma itwal, il-flus kontanti għandhom jiġu minnufih rilaxxati lil:
(a)
il-persuna li lilha jkunu nżammewlha temporanjament il-flus kontanti fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 jew 4; jew
(b)
il-persuna li lilha jkunu nżammewlha temporanjament il-flus kontanti fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) jew (2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1672
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|