+Artikolu 13 Protezzjoni u perjodi ta’ żamma tad-data personali
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
|
Artikolu 13 Protezzjoni u perjodi ta’ żamma tad-data personali
Protezzjoni u perjodi ta’ żamma tad-data personali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu bħala kontrolluri tad-data personali li jiksbu taħt l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta’ dan ir-Regolament għandu jsir biss għal skopijiet ta’ prevenzjoni tal-attivitajiet kriminali u biex dawn jiġu miġġielda.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Id-data personali li tinkiseb taħt l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6 għandha tiġi aċċessata biss mill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, awtorizzat kif xieraq, u għandha tkun protetta b’mod adegwat kontra l-aċċess jew it-trażmissjoni mhux awtorizzati. Sakemm mhuwiex previst mod ieħor fl-Artikoli 9, 10 u 11, id-data ma tistax tiġi divulgata jew trażmessa mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa tal-awtorità kompetenti li tkun kisbitha oriġinarjament. Madankollu, dik l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa fejn ikun meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti li jiddivulgaw jew jittrażmettu dik id-data skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni, b’mod partikolari b’rabta ma’ proċedimenti legali.
|
|
Artikolu 13 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti u l-FIU għandhom jaħżnu d-data personali miksuba taħt l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6 għal perjodu ta’ 5 snin minn meta tkun inkisbet id-data. Id-data personali għandha titħassar meta dak il-perjodu jiskadi.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Il-perjodu ta’ żamma jista’ jiġi estiż darba b’perjodu ieħor li ma għandux jaqbeż 3 snin oħra jekk:
(a)
wara li tkun wettqet valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ tali żamma itwal u tqisha ġustifikata għat-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, l-FIU tiddetermina li tenħtieġ żamma itwal; jew
(b)
wara li jkunu wettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ tali żamma itwal u jqisuha ġustifikata għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ kontrolli effettivi b’rabta mal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati kif stabbilit jew l-obbligu tad-divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati, l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li tenħtieġ żamma itwal.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1672
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|