+Artikolu 2 Stabbiliment tal-gateway diġitali unika
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
|
Artikolu 2 Stabbiliment tal-gateway diġitali unika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu gateway diġitali unika (“il-gateway”) skont dan ir-Regolament. Il-gateway għandha tikkonsisti minn interfaċċa komuni tal-utent ġestita mill-Kummissjoni (“l-interfaċċa komuni tal-utent”), li għandha tkun integrata fil-portal L-Ewropa Tiegħek u li għandha tagħti aċċess għall-paġni web tal-Unjoni u dawk nazzjonali rilevanti.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Il-gateway għandha tipprovdi aċċess għal:
(a)
informazzjoni dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli stipulati fil-liġi tal-Unjoni u f’dik nazzjonali li japplikaw għall-utenti li jeżerċitaw, jew għandhom il-ħsieb li jeżerċitaw, id-drittijiet mogħtija lilhom mil-liġi tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern fl-oqsma elenkati fl-Anness I;
(b)
informazzjoni dwar proċeduri online u offline u links għal proċeduri online, inklużi proċeduri koperti permezz tal-Anness II, stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali sabiex l-utenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet u jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi u r-regoli fil-qasam tas-suq intern fl-oqsma elenkati fl-Anness I;
(c)
informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u links għalihom elenkati fl-Anness III jew imsemmija fl-Artikolu 7 b’mod li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jirreferu għalihom f’każ li jkollhom mistoqsijiet jew problemi relatati mad-drittijiet, l-obbligi, ir-regoli jew il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 2 3.
|
L-interfaċċa komuni tal-utent għandha tkun aċċessibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|