|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Il-gateway għandha tipprovdi aċċess għal:
(a)
informazzjoni dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli stipulati fil-liġi tal-Unjoni u f’dik nazzjonali li japplikaw għall-utenti li jeżerċitaw, jew għandhom il-ħsieb li jeżerċitaw, id-drittijiet mogħtija lilhom mil-liġi tal-Unjoni fil-qasam tas-suq intern fl-oqsma elenkati fl-Anness I;
(b)
informazzjoni dwar proċeduri online u offline u links għal proċeduri online, inklużi proċeduri koperti permezz tal-Anness II, stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali sabiex l-utenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet u jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi u r-regoli fil-qasam tas-suq intern fl-oqsma elenkati fl-Anness I;
(c)
informazzjoni dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u links għalihom elenkati fl-Anness III jew imsemmija fl-Artikolu 7 b’mod li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jirreferu għalihom f’każ li jkollhom mistoqsijiet jew problemi relatati mad-drittijiet, l-obbligi, ir-regoli jew il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|