|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“utent” tfisser jew ċittadin tal-Unjoni, persuna fiżika residenti fi Stat Membru jew persuna ġuridika li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, u li taċċessa l-informazzjoni, il-proċeduri jew is-servizzi ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi, imsemmija fl-Artikolu 2(2), permezz tal-gateway;
(2)
“utent transfruntier” tfisser utent f’sitwazzjoni li l-aspetti tagħha mhux kollha jinsabu fi ħdan Stat Membru wieħed;
(3)
“proċedura” tfisser sekwenza ta’ azzjonijiet li jridu jieħdu l-utenti sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti, jew sabiex jiksbu deċiżjoni mingħand awtorità kompetenti, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2);
(4)
“awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità jew korp ta’ Stat Membru stabbilita f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali b’responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-informazzjoni, mal-proċeduri, mas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi koperti minn dan ir-Regolament;
(5)
“evidenza” tfisser kwalunkwe dokument jew data, inkluża reġistrazzjoni ta’ test jew ta’ ħoss, viżiva jew awdjoviżiva, irrispettivament mill-mezz użat, rikjesti minn awtorità kompetenti sabiex turi fatti jew konformità ma’ rekwiżiti proċedurali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|