Meta l-koordinatur nazzjonali jkun ippropona l-inklużjoni ta’ link skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u jipprovdi din il-link skont l-Artikolu 19(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu humiex issodisfati mis-servizz li jkun ser jiġi inkluż permezz tal-link, u jekk iva, għandha tattiva l-link.
Meta l-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3 ma jkunux issodisfati mis-servizz li jkun se jiġi inkluż, hija għandha tinforma lill-koordinatur nazzjonali dwar ir-raġunijiet biex ma tattivax il-link.