+Artikolu 7 Aċċess għal servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
|
Artikolu 7 Aċċess għal servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-utenti, inklużi l-utenti transfruntiera, ikollhom aċċess faċli u online permezz ta’ kanali differenti għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2).
|
|
Artikolu 7 2.
|
Il-koordinatur nazzjonali msemmija fl-Artikolu 28 u l-Kummissjoni jistgħu jipprovdu links għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi offruti mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni jew il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, minbarra dawk elenkati fl-Anness III, skont l-Artikolu 19(2) u (3), dment li tali servizzi jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità stipulati fl-Artikoli 11 u 16.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Fejn meħtieġ, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti, il-koordinatur nazzjonali jista’ jipproponi lill-Kummissjoni, li links għal servizzi ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi pprovduti minn entitajiet privati jew semiprivati jiġu inklużi fil-gateway, fejn dawk is-servizzi tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
huma joffru informazzjoni jew assistenza fl-oqsma, u għall-finijiet, koperti minn dan ir-Regolament u jikkumplimentaw servizzi diġà inklużi fil-gateway;
(b)
huma offruti bla ħlas jew bi prezz li l-mikrointrapriżi, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u ċ-ċittadini jifilħu jħallsu; u
(c)
huma jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 8, 11 u 16.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Meta l-koordinatur nazzjonali jkun ippropona l-inklużjoni ta’ link skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u jipprovdi din il-link skont l-Artikolu 19(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu humiex issodisfati mis-servizz li jkun ser jiġi inkluż permezz tal-link, u jekk iva, għandha tattiva l-link.
Meta l-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3 ma jkunux issodisfati mis-servizz li jkun se jiġi inkluż, hija għandha tinforma lill-koordinatur nazzjonali dwar ir-raġunijiet biex ma tattivax il-link.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|