+Artikolu 12 Traduzzjoni tal-informazzjoni
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.

Artikolu 12 Traduzzjoni tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Fejn Stat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni, l-ispjegazzjonijiet u l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9, 10 u 11, u fil-punt (a) tal-Artikolu 13(2), f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem b’mod ġenerali mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, dak l-Istat Membru għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi traduzzjonijiet f’dik il-lingwa, fil-limiti tal-baġit tal-Unjoni disponibbli msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1).
Artikolu 12 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-testi ppreżentati għat-traduzzjoni skont l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopru tal-inqas l-informazzjoni bażika fl-oqsma kollha elenkati fl-Anness I u li, fejn ikun hemm baġit tal-Unjoni suffiċjenti disponibbli, huma jkopru kwalunkwe informazzjoni, spjegazzjoni u struzzjoni ulterjuri msemmi fl-Artikoli 9, 10 u 11, u fil-punt (a) tal-Artikolu 13(2), filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet l-aktar importanti tal-utenti transfruntiera. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lir-repożitorju għal-links imsemmija fl-Artikolu 19 il-links għal dik l-informazzjoni tradotta.
Artikolu 12 3.
Il-lingwa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun il-lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tkun l-aktar studjata bħala lingwa barranija mill-utenti madwar l-Unjoni. Eċċezzjonalment, meta l-informazzjoni, l-ispjegazzjonijiet jew l-istruzzjonijiet li jkunu jridu jiġu tradotti huma mistennija li jkunu ta’ interess predominanti għall-utenti transfruntiera li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, il-lingwa msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tkun il-lingwa uffiċjali tal-Unjoni użata bħala l-ewwel lingwa minn dawk l-utenti transfruntiera.
Artikolu 12 4.
Meta Stat Membru jitlob traduzzjoni f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ma tkunx il-lingwa l-aktar studjata bħala lingwa barranija mill-utenti madwar l-Unjoni, huwa għandu jipprovdi raġunijiet għat-talba tiegħu. Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għall-għażla ta’ tali lingwa oħra ma jkunux issodisfati, hija tista’ tirrifjuta t-talba u għandha tinforma lill-Istat Membru bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.