|
+Artikolu 13 2. |
Artikolu 13 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tal-inqas il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw l-istruzzjonijiet biex iwettqu l-proċedura f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem b’mod ġenerali mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, skont l-Artikolu 12;
(b)
l-utenti transfruntiera jkunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa, inkluż fejn l-istruttura ta’ din l-informazzjoni tvarja minn informazzjoni simili fl-Istat Membru kkonċernat;
(c)
l-utenti transfruntiera jkunu jistgħu jidentifikaw u jawtentikaw lilhom infushom, jiffirmaw jew jissiġillaw dokumenti elettronikament, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-każijiet kollha fejn dan ikun possibbli wkoll għall-utenti mhux transfruntiera;
(d)
l-utenti transfruntiera jistgħu jipprovdu evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli u jistgħu jirċievu l-eżitu tal-proċeduri f’format elettroniku fil-każijiet kollha fejn dan ikun possibbli wkoll għall-utenti mhux transfruntiera;
(e)
fejn it-twettiq ta’ proċedura jeħtieġ pagament, l-utenti jistgħu jħallsu kwalunkwe miżata online permezz ta’ servizzi ta’ pagamenti transfruntiera disponibbli b’mod wiesa’, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-post ta’ stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament, il-post tal-ħruġ tal-istrument ta’ pagament jew il-post tal-kont tal-ħlas fl-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|