+Artikolu 13 Aċċess transfruntier għal proċeduri online
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.

Artikolu 13 Aċċess transfruntier għal proċeduri online

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta proċedura msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2) u stabbilita fil-livell nazzjonali, tista’ tiġi aċċessata u ffinalizzata online mill-utenti li ma humiex transfruntiera, din tista’ tkun aċċessata u ffinalizzata wkoll mill-utenti transfruntiera b’mod nondiskriminatorju permezz tal-istess soluzzjoni teknika jew waħda alternattiva.
Artikolu 13 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tal-inqas il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw l-istruzzjonijiet biex iwettqu l-proċedura f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem b’mod ġenerali mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, skont l-Artikolu 12;

(b) 

l-utenti transfruntiera jkunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa, inkluż fejn l-istruttura ta’ din l-informazzjoni tvarja minn informazzjoni simili fl-Istat Membru kkonċernat;

(c) 

l-utenti transfruntiera jkunu jistgħu jidentifikaw u jawtentikaw lilhom infushom, jiffirmaw jew jissiġillaw dokumenti elettronikament, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-każijiet kollha fejn dan ikun possibbli wkoll għall-utenti mhux transfruntiera;

(d) 

l-utenti transfruntiera jistgħu jipprovdu evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli u jistgħu jirċievu l-eżitu tal-proċeduri f’format elettroniku fil-każijiet kollha fejn dan ikun possibbli wkoll għall-utenti mhux transfruntiera;

(e) 

fejn it-twettiq ta’ proċedura jeħtieġ pagament, l-utenti jistgħu jħallsu kwalunkwe miżata online permezz ta’ servizzi ta’ pagamenti transfruntiera disponibbli b’mod wiesa’, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-post ta’ stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament, il-post tal-ħruġ tal-istrument ta’ pagament jew il-post tal-kont tal-ħlas fl-Unjoni.

Artikolu 13 3.
Meta l-proċedura ma tkunx tirrikjedi l-identifikazzjoni jew l-awtentikazzjoni elettronika kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2, u meta l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jaċċettaw, skont il-liġi jew il-prattiki amministrattivi nazzjonali applikabbli, kopji diġitali ta’ evidenza ta’ identità li mhijiex elettronika, bħal karti tal-identità jew passaporti, fir-rigward tal-utenti mhux transfruntiera, dawk l-awtoritajiet għandhom ukoll jaċċettaw dawn il-kopji diġitali fir-rigward tal-utenti transfruntiera.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.