+Artikolu 17 Monitoraġġ tal-kwalità
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.

Artikolu 17 Monitoraġġ tal-kwalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Il-koordinaturi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 28 u l-Kummissjoni għandhom, fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jimmonitorjaw regolarment il-konformità tal-informazzjoni, tal-proċeduri u tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi disponibbli fuq il-gateway, mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 13 u 16. Il-monitoraġġ għandu jsir fuq il-bażi tad-data miġbura skont l-Artikoli 24 u 25.
Artikolu 17 2.

F’każ ta’ deterjorament fil-kwalità tal-informazzjoni, tal-proċeduri u tas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi msemmija fil-paragrafu 1 ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha, waqt li tieħu inkunsiderazzjoni s-serjetà u l-persistenza tad-deterjorament, tieħu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

tinforma lill-koordinatur nazzjonali rilevanti u titlob azzjoni ta’ rimedju;

(b) 

tissottometti għad-diskussjoni fil-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway azzjonijiet irrakkomandati biex ittejjeb il-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità;

(c) 

tibgħat ittra bir-rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat;

(d) 

taqta’ temporanjament l-informazzjoni, il-proċedura, jew is-servizz ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi mill-gateway.

Artikolu 17 3.
Fejn servizz ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi li għalih hemm ipprovduti links skont l-Artikolu 7(3) b’mod konsistenti ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 11 u 16, jew ma jibqax jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti kif indikat mid-data miġbura skont l-Artikoli 24 u 25, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-koordinatur nazzjonali rilevanti u, fejn meħtieġ, mal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-gateway, taqtal-konnessjoni tiegħu mill-gateway.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.