+Artikolu 18 Interfaċċa komuni tal-utent
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
|
Artikolu 18 Interfaċċa komuni tal-utent
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tipprovdi interfaċċa komuni tal-utent, integrat fil-portal “L-Ewropa Tiegħek”, sabiex tiżgura l-funzjonament xieraq tal-gateway.
|
|
Artikolu 18 2.
|
L-interfaċċa komuni tal-utent għandha tagħti aċċess għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi permezz ta’ links għas-siti web jew paġni web fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali rilevanti inklużi fir-repożitorju għal-links imsemmi fl-Artikolu 19.
|
|
Artikolu 18 3.
|
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, waqt li jaġixxu skont ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 4, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar ir-regoli u l-obbligi, dwar il-proċeduri u dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi tkun organizzata u mmarkata b’mod li tiffaċilita s-sejbien tagħha permezz tal-interfaċċa komuni tal-utent.
|
|
Artikolu 18 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interfaċċa komuni tal-utent tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità li ġejjin:
(b)
hija aċċessibbli online permezz ta’ diversi apparati elettroniċi;
(c)
hija żviluppata u ottimizzata għal brawżers tal-Internet differenti;
(d)
hija tissodisfa dawn ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-web: il-perċettibilità, l-operabbiltà, il-komprensibbiltà u r-robustezza.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà biex tiffaċilita s-sejbien tal-informazzjoni dwar ir-regoli u l-obbligi, dwar il-proċeduri u dwar is-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi permezz tal-interfaċċa komuni tal-utent. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f”konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|