+Artikolu 19 Repożitorju għal-links
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.

Artikolu 19 Repożitorju għal-links

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tistabbilixxi u żżomm repożitorju elettroniku għal links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi msemmija fl-Artikolu 2(2) li jippermetti l-konnessjoni bejn dawn is-servizzi u l-interfaċċa komuni tal-utent.
Artikolu 19 2.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-repożitorju għal-links bil-links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi aċċessibbli fuq il-paġni web ġestiti fil-livell tal-Unjoni, u għandha żżomm dawk il-links preċiżi u aġġornati.
Artikolu 19 3.
Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jipprovdu r-repożitorju għal-links bil-links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi aċċessibbli fuq il-paġni web ġestiti mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-entitajiet privati jew semiprivati kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) u għandhom iżommu dawk il-links preċiżi u aġġornati.
Artikolu 19 4.
Meta jkun teknikament possibbli, l-għoti, imsemmijin fil-paragrafu 3, tal-links jista’ jsir awtomatikament bejn is-sistemi rilevanti tal-Istati Membri u r-repożitorju għal-links.
Artikolu 19 5.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni mdaħħla fir-repożitorju għal-links għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’format miftuħ u li jinqara minn magna.
Artikolu 19 6.
Il-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-links għall-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi offruti permezz tal-gateway ma jinkludux duplikazzjoni u sovrappożizzjonijiet sħaħ jew parzjali bla bżonn li aktarx ifixklu lill-utenti.
Artikolu 19 7.
Meta d-disponibbiltà tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tkun ipprovduta f’dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-koordinaturi nazzjonali jistgħu jipprovdu links għal dik l-informazzjoni sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.