+Artikolu 24 Statistika dwar l-utenti
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.

Artikolu 24 Statistika dwar l-utenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li tinġabar statistika relatata maż-żjarat tal-utenti fuq il-gateway u fuq il-paġni web li magħhom hija marbuta l-gateway b’mod li jiggarantixxi l-anonimità tal-utenti, sabiex il-gateway tiffunzjona aħjar.
Artikolu 24 2.
L-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ assistenza jew ta’ servizzi ta’ soluzzjoni tal-problemi kif imsemmija fl-Artikolu 7(3) u l-Kummissjoni għandhom jiġbru u jiskambjaw, b’mod aggregat, in-numru, l-oriġini u s-suġġett tat-talbiet għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u l-ħinijiet ta’ rispons tagħhom.
Artikolu 24 3.

L-istatistika miġbura skont il-paragrafi 1 u 2, b’rabta mal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi li magħhom hija konnessa l-gateway għandha tinkludi l-kategoriji ta’ data li ġejjin:

(a) 

data marbuta man-numru, l-oriġini u t-tip ta’ utenti tal-gateway;

(b) 

data marbuta mal-preferenzi tal-utenti u l-vjaġġi tal-utenti;

(c) 

data marbuta mal-faċilità ta’ użu, is-sejbien u mal-kwalità tal-informazzjoni, il-proċeduri u s-servizzi ta’ assistenza u soluzzjoni tal-problemi.

Dik id-data għandha tkun disponibbli għall-pubbliku f’format miftuħ u użat b’mod komuni u li tinqara minn magna.

Artikolu 24 4.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-metodu ta’ ġbir u skambju tal-istatistika dwar l-utenti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.