+ANNESS I Lista ta’ oqsma ta’ informazzjoni li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2)
|
ANNESS I Lista ta’ oqsma ta’ informazzjoni li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2)
ANNESS I
Lista ta’ oqsma ta’ informazzjoni li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2)
Oqsma ta’ informazzjoni relatati maċ-ċittadini:
|
Area
|
INFORMAZZJONI LI TIRRIGWARDA D-DRITTIJIET, L-OBBLIGI U R-REGOLI LI JIRRIŻULTAW MIL-LIĠI TAL-UNJONI U DIK NAZZJONALI
|
|
A. L-ivvjaġġar fl-Unjoni
|
1. dokumenti meħtieġa miċ-ċittadini tal-Unjoni, mill-membri tal-familja tagħhom li mhumiex ċittadini tal-Unjoni, mill-minuri li jivvjaġġaw waħedhom u ċittadini li mhumiex tal-Unjoni meta jivvjaġġaw bejn il-fruntieri fl-Unjoni (karta tal-identità, viża, passaport)
2. id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk li jivvjaġġaw fl-Unjoni u li jitilqu mit-territorju tal-Unjoni bl-ajruplan, bil-ferrovija, bil-vapur u bix-xarabank, u ta’ dawk li jixtru pakketti tal-ivvjaġġar jew arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta
3. l-assistenza f’każ ta’ mobbiltà mnaqqsa waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni u waqt it-tluq mit-territorju tal-Unjoni
4. it-trasport ta’ annimali, pjanti, alkoħol, tabakk, sigaretti u oġġetti oħrajn waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni
5. it-telefonati bil-vuċi u l-bgħit u r-riċezzjoni ta’ messaġġi elettroniċi u ta’ data elettronika fl-Unjoni
|
|
B. Ix-xogħol u l-irtirar fl-Unjoni
|
1. it-tiftix ta’ impjieg fi Stat Membru ieħor
2. il-bidu ta’ impjieg fi Stat Membru ieħor
3. ir-rikonoxximent tal-kwalifiki biex wieħed jaħdem fi Stat Membru ieħor
4. it-tassazzjoni fi Stat Membru ieħor
5. ir-regoli dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni obbligatorji marbuta mar-residenza jew impjieg fi Stat Membru ieħor
6. it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, inkluż għall-ħaddiema stazzjonati, kif stipulati bil-liġi jew permezz ta’ strument statutorju (inkluż informazzjoni dwar is-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċijiet u s-sensji)
7. it-trattament indaqs (regoli li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, regoli dwar paga indaqs għan-nisa u l-irġiel u dwar paga indaqs għall-impjegati b’kuntratt fiss jew b’kuntratti ta’ impjieg permanenti)
8. l-obbligi tas-saħħa u tas-sigurtà b’rabta ma’ tipi differenti ta’ attività
9. id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni inklużi dawk relatati mat-teħid ta’ pensjonijiet
|
|
C. Il-vetturi fl-Unjoni
|
1. it-teħid ta’ vettura bil-mutur fuq bażi temporanja jew permanenti fi Stat Membru ieħor
2. l-akkwist u t-tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan
3. ix-xiri ta’ assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur obbligatorja
4. ix-xiri u l-bejgħ ta’ vettura bil-mutur fi Stat Membru ieħor
5. ir-regoli dwar it-traffiku nazzjonali u r-rekwiżiti għas-sewwieqa, inklużi r-regoli ġenerali għall-użu tal-infrastruttura tat-toroq nazzjonali: it-tariffi bbażati fuq il-ħin (vinjetta), it-tariffi bbażati fuq id-distanza (pedaġġ), l-istikers tal-emissjonijiet
|
|
D. Ir-residenza fi Stat Membru ieħor
|
1. iċ-ċaqliq temporanju jew permanenti lejn Stat Membru ieħor
2. ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli, inkluża kull kundizzjoni u obbligu relatati mat-tassazzjoni, is-sjieda, jew l-użu ta’ tali proprjetà, inkluż l-użu tagħha bħala residenza sekondarja
3. il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet muniċipali u fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew
4. ir-rekwiżiti għall-karti ta’ residenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom, inklużi l-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-Unjoni
5. ir-rekwiżiti applikabbli għan-naturalizzazzjoni għal ċittadini minn Stat Membru ieħor
6. ir-regoli applikabbli f’każ ta’ mewt, inkluż regoli dwar ir-ripatrijazzjoni tal-mejjet lejn Stat Membru ieħor
|
|
E. L-edukazzjoni jew it-taħriġ fi Stat Membru ieħor
|
1. is-sistema edukattiva fi Stat Membru ieħor, inklużi l-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija, l-edukazzjoni primarja u sekondarja, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim tal-adulti
2. il-volontarjat fi Stat Membru ieħor
3. it-taħriġ fi Stat Membru ieħor
4. ir-riċerka fi Stat Membru ieħor bħala parti minn programm edukattiv
|
|
F. Il-kura tas-saħħa
|
1. it-trattament mediku fi Stat Membru ieħor
2. ix-xiri online jew fiżiku ta’ prodotti farmaċewtiċi bir-riċetta fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet ir-riċetta
3. ir-regoli tal-assigurazzjoni tas-saħħa applikabbli fil-każ ta’ soġġorn qasir jew fuq perjodu twil fi Stat Membru ieħor, inkluż kif wieħed japplika għal Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea
4. informazzjoni ġenerali għad-drittijiet jew l-obbligi tal-aċċess għall-parteċipazzjoni f’miżuri pubbliċi disponibbli dwar il-kura tas-saħħa preventiva
5. is-servizzi pprovduti permezz ta’ numri nazzjonali ta’ emerġenza, inklużi n-numri “112” u “116”
6. id-drittijiet u l-kundizzjonijiet biex wieħed imur joqgħod f’dar residenzjali tal-kura
|
|
G. Id-drittijiet taċ-ċittadini u tal-familja
|
1. it-twelid, il-kustodja għall-minuri, ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, ir-regoli dwar il-maternità surrogata u l-adozzjoni, inkluża l-adozzjoni mit-tieni ġenitur, l-obbligi ta’ manteniment b’konnessjoni mat-tfal f’sitwazzjoni ta’ familja transfruntiera
2. il-ħajja f’koppja ta’ nazzjonalitajiet differenti, inklużi l-koppji tal-istess sess (iż-żwieġ, is-sħubija ċivili jew irreġistrata, is-separazzjoni, id-divorzju, id-drittijiet tal-proprjetà matrimonjali, id-drittijiet tal-koabitanti)
3. ir-regoli dwar ir-rikonoxximent tal-ġeneru
4. id-drittijiet u l-obbligi b’rabta mas-suċċessjoni fi Stat Membru ieħor, inklużi r-regoli tat-taxxa
5. id-drittijiet u r-regoli applikabbli f’każ ta’ ħtif transfruntier tat-tfal mill-ġenituri
|
|
H. Id-drittijiet tal-konsumaturi
|
1. ix-xiri online u fiżiku ta’ oġġetti, kontenut diġitali jew servizzi (inklużi servizzi finanzjarji) minn Stat Membru ieħor
2. il-pussess ta’ kont tal-bank fi Stat Membru ieħor
3. il-konnessjoni mal-utilitajiet, bħall-gass, l-elettriku, l-ilma, ir-rimi tal-iskart tad-djar, it-telekoms u l-Internet
4. il-pagamenti, inklużi t-trasferimenti ta’ kreditu, id-dewmien fil-pagamenti transfruntiera
5. id-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati max-xiri ta’ oġġetti u servizzi, inklużi l-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi u kumpens
6. is-sikurezza u s-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur
7. il-kiri ta’ vettura bil-mutur
|
|
I. Il-protezzjoni tad-data personali
|
1. l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali
|
Oqsma ta’ informazzjoni marbuta man-negozji:
▼M3
▼B
|
Qasam
|
INFORMAZZJONI RIGWARD DRITTIJIET, OBBLIGI U REGOLI
|
|
J. Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ negozju
|
1. ir-reġistrazzjoni, il-bdil tal-forma legali jew l-għeluq ta’ negozju (il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni u l-formoli legali għat-twettiq ta’ negozju)
2. it-trasferiment ta’ negozju lejn Stat Membru ieħor
3. id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (l-applikazzjoni għal privattiva, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark, ta’ tpinġija jew disinn, il-kisba ta’ liċenzja għar-riproduzzjoni)
4. il-korrettezza u t-trasparenza fil-prattiki kummerċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur u l-garanziji relatati mal-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi
5. l-offerta’ ta’ faċilitajiet online għall-pagamenti transfruntiera meta wieħed ibiegħ oġġetti u servizzi online
6. id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kuntratti, inklużi l-imgħaxijiet fuq pagamenti tardivi
7. il-proċedimenti ta’ insolvenza u l-likwidazzjoni tal-kumpaniji
8. l-assigurazzjoni tal-krediti
9. l-amalgamazzjoni tal-kumpaniji jew il-bejgħ ta’ negozju
10. ir-responsabbiltà ċivili tad-diretturi ta’ kumpanija
11. ir-regoli u l-obbligi li jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ data personali
|
|
K. Impjegati
|
1. it-termini tal-impjieg stipulati bil-liġi jew permezz ta’ strument statutorju (inklużi s-sigħat tax-xogħol, il-liv imħallas, l-intitolamenti għall-btajjel, id-drittijiet u l-obbligi rigward is-sahra, il-kontrolli tas-saħħa, it-terminazzjoni tal-kuntratti, it-tkeċċijiet u s-sensji)
2. id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni (ir-reġistrazzjoni bħala impjegatur, ir-reġistrazzjoni tal-impjegati, in-notifika ta’ tmiem ta’ kuntratt ta’ impjegat, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali, id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-pensjonijiet)
3. l-impjieg tal-ħaddiema fi Stati Membri oħrajn (il-kollokament tal-ħaddiema, ir-regoli dwar il-libertà tal-forniment ta’ servizzi, ir-rekwiżiti ta’ residenza għall-ħaddiema)
4. it-trattament indaqs (regoli li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol, regoli dwar paga indaqs għan-nisa u l-irġiel u paga indaqs għall-impjegati b’kuntratt fiss jew b’kuntratti ta’ impjieg permanenti)
5. ir-regoli dwar ir-rappreżentazzjoni tal-persunal
|
|
L. Taxxi
|
1. VAT: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-VAT u l-ħlas tal-VAT, u kif tikseb rifużjoni
2. id-dazji tas-sisa: informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ir-rati u l-eżenzjonijiet, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tat-taxxa tas-sisa u l-ħlas tat-taxxa tas-sisa, u kif tikseb rifużjoni
3. id-dazji doganali u taxxi u dazji oħrajn li jinġabru fuq l-importazzjonijiet
4. il-proċeduri doganali għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.
5. taxxi oħrajn: pagamenti, rati, dikjarazzjonijiet tat-taxxa
|
|
M. Oġġetti
|
1. il-kisba ta’ markar CE
2. ir-regoli u r-rekwiżiti tal-prodott
3. l-identifikazzjoni ta’ standards applikabbli, speċifikazzjonijiet tekniċi u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti
4. ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni
5. ir-rekwiżiti rigward il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ għas-sustanzi kimiċi perikolużi
6. il-bejgħ mill-bogħod/barra mill-post tan-negozju: l-informazzjoni li trid tingħata lill-klijenti minn qabel, il-konferma tal-kuntratt bil-miktub, l-irtirar minn kuntratt, il-konsenja tal-oġġetti, obbligi speċifiċi oħrajn
7. il-prodotti difettużi: id-drittijiet u l-garanziji tal-konsumatur, ir-responsabbiltajiet ta’ wara l-bejgħ, il-mezzi ta’ rimedju għal parti li ssofri dannu
8. iċ-ċertifikazzjoni, it-tikketti (EMAS, it-tikketti tal-enerġija, l-Ekodisinn, l-Ekotikketta tal-UE)
9. ir-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart
|
|
N. Servizzi
|
1. il-kisba ta’ liċenzji, awtorizzazzjonijiet jew permessi għall-bidu u l-operat ta’ negozju 2. in-notifika lill-awtoritajiet dwar attivitajiet transfruntiera 3. ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
►M2
4. informazzjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, inkluż il-listi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
◄
|
|
O. Il-finanzjament tan-negozju
|
1. il-kisba ta’ aċċess għal finanzjament fil-livell tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni u l-għotjiet għan-negozju
2. il-kisba ta’ aċċess għal finanzjament fil-livell nazzjonali
3. inizjattivi indirizzati lill-imprendituri (skambji organizzati għall-imprendituri l-ġodda, programmi ta’ mentoraġġ eċċ.)
|
|
P. Kuntratti pubbliċi
|
1. il-parteċipazzjoni f’sejħiet għall-offerti pubbliċi: regoli u proċeduri
2. il-preżentazzjoni ta’ offerta online bi tweġiba għal sejħa għall-offerti pubblika
3. ir-rapportar ta’ irregolaritajiet fir-rigward tal-proċess ta’ sejħiet għall-offerti
|
|
Q. Is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol
|
1. l-obbligi dwar is-saħħa u s-sikurezza fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ attività, inklużi l-prevenzjoni tar-riskji, l-informazzjoni u t-taħriġ
|
|
►M4
R. Proġetti ta’ manifattura tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti ◄
|
►M4
1. informazzjoni dwar il-proċess għall-għoti ta’ permessi; 2. is-servizzi ta’ finanzjament u investiment; 3. il-possibbiltajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri; 4. is-servizzi ta’ appoġġ għan-negozju, inklużi iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali, il-liġi tax-xogħol. ◄
|
|
▼M3
|
|
AJ. Proġetti ta’ materja prima kritiċi
|
1. il-punti ta’ kuntatt uniku stabbiliti jew maħtura skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);
2. informazzjoni dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi.
3. informazzjoni dwar servizzi tal-finanzjament u tal-investiment
4. informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri
5. informazzjoni dwar servizzi ta’ appoġġ kummerċjali, inkluż iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali jew il-liġi tax-xogħol
|
|
▼B
|
(1)
Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).
(2)
Ir-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data b’rabta mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1028, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1028/oj).
▼B
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|