+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data elettronika li mhijiex data personali fl-Unjoni, li:

(a)

jiġi pprovdut bħala servizz lill-utenti li jirrisjedu jew li jkollhom stabbiliment fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk il-fornitur tas-servizz ikunx stabbilit fl-Unjoni jew le; jew

(b)

isir minn persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha stabbiliment fl-Unjoni għall-ħtiġijiet tagħha stess.

Artikolu 2 2

2.   F'każ ta' sett ta' data magħmul minn data personali u mhux personali, dan ir-Regolament japplika għall-parti mis-sett ta' data li tikkonċerna d-data mhux personali. Fejn id-data personali u d-data mhux personali f'sett ta' data jkunu marbuta intrinsikament, dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 2 3

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal attività li ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni interna ta' Stati Membri u li jallokaw, fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi regolati mil-liġi pubblika, definiti fil-punt 4 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, setgħat u responsabbiltajiet għall-ipproċessar ta' data mingħajr remunerazzjoni kuntrattwali ta' partijiet privati, kif ukoll għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stati Membri li jipprovdu għall-implimentazzjoni ta' dawk is-setgħat u responsabbiltajiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1807
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.