+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 (1)
|
“data” tfisser data li mhijiex data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;
|
|
Artikolu 3 (2)
|
“ipproċessar” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data jew fuq settijiet ta' data f'format elettroniku, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
|
|
Artikolu 3 (3)
|
“abbozz ta' att” tfisser test abbozzat bil-għan li jkun ppromulgat bħala liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali, fejn it-test ikun fl-istadju ta' tħejjija li fih ikunu għadhom jistgħu jsiru emendi sostantivi;
|
|
Artikolu 3 (4)
|
“fornitur tas-servizzi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi tal-ipproċessar tad-data;
|
|
Artikolu 3 (5)
|
“rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data” tfisser kwalunkwe obbligu, projbizzjoni, kundizzjoni, limitu jew rekwiżit ieħor previsti fil-liġijiet, fir-regolamenti jew fid-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru jew li jirriżultaw mill-prattiki amministrattivi ġenerali u konsistenti fi Stat Membru u f'korpi regolati mil-liġi pubblika, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE, li jimponu l-ipproċessar ta' data fit-territorju ta' Stat Membru partikolari jew li jxekklu l-ipproċessar ta' data fi kwalunkwe Stat Membru ieħor;
|
|
Artikolu 3 (6)
|
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità ta' Stat Membru jew kwalunkwe entità oħra awtorizzata mil-liġi nazzjonali biex twettaq funzjoni pubblika jew biex teżerċita awtorità uffiċjali, li għandha s-setgħa li tikseb aċċess għal data pproċessata minn persuna fiżika jew ġuridika biex twettaq id-dmirijiet uffiċjali tagħha, kif previst fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali;
|
|
Artikolu 3 (7)
|
“utent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtorità pubblika jew korp regolat mil-liġi pubblika, li tuża jew li titlob servizz ta' pproċessar tad-data;
|
|
Artikolu 3 (8)
|
“utent professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtorità pubblika jew korp regolat mil-liġi pubblika, li tuża jew li titlob servizz ta' pproċessar tad-data għal skopijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa, professjoni jew kompitu tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1807
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|