4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jkun stabbilit f'xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali u applikabbli fit-territorju tagħhom disponibbli għall-pubbliku permezz ta' punt nazzjonali uniku ta' informazzjoni online li huma għandhom iżommu aġġornat, jew jipprovdu dettalji aġġornati ta' kwalunkwe tali rekwiżit ta' lokalizzazzjoni lil punt ċentrali ta' informazzjoni stabbilit taħt att ieħor tal-Unjoni.