+Artikolu 4 Moviment liberu ta' data fl-Unjoni
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5

Artikolu 4 Moviment liberu ta' data fl-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Ir-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data għandhom jiġu projbiti, sakemm ma jkunux ġustifikati għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 u għar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data stabbiliti abbażi tal-liġi eżistenti tal-Unjoni.

Artikolu 4 2

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' att li jintroduċi rekwiżit ġdid ta' lokalizzazzjoni tad-data jew li jagħmel tibdil f'rekwiżit eżistenti ta' lokalizzazzjoni tad-data skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2015/1535.

Artikolu 4 3

3.   Sat-30 ta' Mejju 2021, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitħassar kwalunkwe rekwiżit eżistenti ta' lokalizzazzjoni tad-data, li jkun stabbilit f'xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali, u li ma jikkonformax mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Sat-30 ta' Mejju 2021, jekk Stat Membru jqis li miżura eżistenti li fiha rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data hija konformi mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għalhekk tista' tibqa' fis-seħħ, huwa għandu jikkomunika dik il-miżura lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni għaliex għandha tinżamm fis-seħħ. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha, fi żmien perjodu ta' sitt xhur mid-data meta tirċievi tali komunikazzjoni, teżamina l-konformità ta' dik il-miżura mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandha, fejn xieraq, tibgħat kummenti lill-Istat Membru inkwistjoni, inkluż, fejn meħtieġ, li tirrakkomanda l-emendar jew it-tħassir tal-miżura.

Artikolu 4 4

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji ta' kwalunkwe rekwiżit ta' lokalizzazzjoni tad-data li jkun stabbilit f'xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta' natura ġenerali u applikabbli fit-territorju tagħhom disponibbli għall-pubbliku permezz ta' punt nazzjonali uniku ta' informazzjoni online li huma għandhom iżommu aġġornat, jew jipprovdu dettalji aġġornati ta' kwalunkwe tali rekwiżit ta' lokalizzazzjoni lil punt ċentrali ta' informazzjoni stabbilit taħt att ieħor tal-Unjoni.

Artikolu 4 5

5.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-indirizz tal-punt uniku tagħhom ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-link jew links għal tali punt jew punti fuq is-sit web tagħha, flimkien ma' lista konsolidata, regolarment aġġornata, tar-rekwiżiti kollha ta' lokalizzazzjoni tad-data, imsemmijin fil-paragrafu 4, inkluża informazzjoni fil-qosor dwar dawk ir-rekwiżiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1807
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.