+Artikolu 6 Trasferiment tad-data
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
|
Artikolu 6 Trasferiment tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta awtoregolatorji fil-livell tal-Unjoni (“kodiċi ta' kondotta”), sabiex tikkontribwixxi għal ekonomija tad-data kompetittiva, ibbażata fuq il-prinċipji tat-trasparenza u tal-interoperabbiltà u li tqis l-istandards miftuħa li jkopru, inter alia, l-aspetti li ġejjin:
|
(a)
|
l-aħjar prattiki li jiffaċilitaw il-bdil tal-fornituri tas-servizzi u t-trasferiment ta' data bl-użu ta' formati strutturati, komunement użati u f'format li jinqara minn magna, inklużi formati ta' standards miftuħa fejn ikun meħtieġ jew mitlub mill-fornitur tas-servizz li jirċievi d-data;
|
|
(b)
|
rekwiżiti minimi ta' informazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-utenti professjonali, qabel ma jiġi konkluż kuntratt għall-ipproċessar tad-data, jingħataw informazzjoni ddettaljata, ċara u trasparenti biżżejjed fir-rigward tal-proċessi, ir-rekwiżiti tekniċi, il-perjodi ta' żmien u t-tariffi li japplikaw fil-każ li utent professjonali jixtieq jibdel għal fornitur ieħor jew jittrasferixxi d-data lura għas-sistemi tal-IT tiegħu stess;
|
|
(c)
|
approċċi għal skemi ta' ċertifikazzjoni li jiffaċilitaw it-tqabbil ta' prodotti u servizzi tal-ipproċessar tad-data għal utenti professjonali, filwaqt li jitqiesu normi nazzjonali jew internazzjonali stabbiliti, li jiffaċilitaw il-kompatibilità ta' dawk il-prodotti u s-servizzi. Tali approċċi jistgħu jinkludu, inter alia, il-ġestjoni tal-kwalità, il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-ġestjoni ambjentali.
|
|
(d)
|
pjanijiet direzzjonali ta' komunikazzjoni li jkollhom approċċ multidixxiplinarju biex jissensibilizzaw dwar il-kodiċi ta' kondotta fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti.
|
|
|
Artikolu 6 2
|
2. II-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kodiċijiet ta' kondotta jiġu żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi assoċjazzjonijiet ta' SMEs u start-ups, utenti u fornituri tas-servizzi ta' “cloud”.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi biex jiffinalizzaw l-iżvilupp ta' kodiċijiet ta' kondotta sad-29 ta' Novembru 2019 u biex jimplimentawhom b'mod effettiv sad-29 ta' Mejju 2020.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1807
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|