+Artikolu 7 Proċedura għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6
|
Artikolu 7 Proċedura għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja punt uniku ta' kuntatt li għandu jikkomunika mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-punti uniċi ta' kuntatt deżinjati u kwalunkwe bidla sussegwenti li tista' ssirilhom.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Fejn awtorità kompetenti fi Stat Membru wieħed titlob l-għajnuna minn Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 5(2), biex tikseb aċċess għal data, hija għandha tissottometti talba motivata kif xieraq lill-punt uniku ta' kuntatt deżinjat ta' dan tal-aħħar. It-talba għandha tinkludi spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet u tal-bażijiet legali għaliex qiegħda tfittex aċċess għad-data.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-punt uniku ta' kuntatt għandu jidentifika l-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tiegħu u jibgħat it-talba riċevuta skont il-paragrafu 2 lil dik l-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. L-awtorità kompetenti relevanti hekk mitluba għandha, mingħajr dewmien żejjed u f'perjodu ta' żmien proporzjonat għall-urġenza tat-talba, tipprovdi risposta li fiha tikkomunika d-data mitluba, jew tinforma lill-awtorità kompetenti li għamlet it-talba li hija ma tqisx li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għat-talba ta' għajnuna taħt dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 7 5
|
5. Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest ta' għajnuna mitluba u mogħtija taħt il-Artikolu 5(2) għandha tintuża biss fir-rigward tal-materja li għaliha tkun intalbet.
|
|
Artikolu 7 6
|
6. Il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jagħtu informazzjoni ġenerali lill-utenti dwar dan ir-Regolament, inkluża dik dwar il-kodiċijiet ta' kondotta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1807
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|