+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“politiki u miżuri” tfisser l-istrumenti kollha li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u/jew biex jiġu implimentati l-impenji skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(2) tal-UNFCCC, li jistgħu jinkludu dawk li ma għandhomx il-limitazzjoni u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tibdil fis-sistema tal-enerġija bħala objettiv primarju;

(2) 

“politiki u miżuri eżistenti” tfisser il-politiki u l-miżuri implimentati u l-politiki u l-miżuri adottati;

(3) 

“politiki u miżuri implimentati” tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom japplika wieħed jew iktar minn dan li ġej fid-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima: il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli direttament ikunu fis-seħħ, ikun ġie stabbilit ftehim volontarju wieħed jew iktar, ikunu ġew allokati r-riżorsi finanzjarji, ir-riżorsi umani jkunu ġew mobilizzati;

(4) 

“politiki u miżuri adottati” tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni uffiċjali tal-gvern sad-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima u jkun hemm impenn ċar li ssir l-implimentazzjoni;

(5) 

“politiki u miżuri ppjanati” tfisser għażliet li jkunu għadhom qed jiġu diskussi u li jkollhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima;

(6) 

“sistema għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti għar-rapportar ta' politiki, ta' miżuri u ta' projezzjonijiet marbuta ma' emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar ta' gassijiet serra u mas-sistema tal-enerġija, fost l-oħrajn kif meħtieġ mill-Artikolu 39;

▼M2

(7) 

“projezzjonijiet” tfisser il-previżjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, inklużi minn tal-inqas l-istimi kwantitattivi għal sekwenza ta’ sitt snin futuri li tintemm b’0 jew b’5, immedjatament wara s-sena ta’ rapportar;

▼B

(8) 

“projezzjonijiet mingħajr miżuri” tfisser il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar li jeskludu l-effetti tal-politiki u tal-miżuri kollha li jkunu ppjanati, adottati jew implimentati wara s-sena magħżula bħala l-punt tat-tluq għall-projezzjoni rilevanti;

(9) 

“projezzjonijiet b'miżuri” tfisser il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ġew adottati u implimentati;

(10) 

“projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali” tfisser projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ġew adottati u implimentati għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew biex jintlaħqu l-objettivi tal-enerġija, kif ukoll tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ppjanati għal dak l-iskop;

▼M5

(11) 

“il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030” tfisser il-mira vinkolanti tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1)tad-Direttiva (UE) 2018/2001, il-mira fil-livell tal-Unjoni għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), u l-mira tal-interkonnessjoni tal-elettriku ta’ 15 % għall-2030 jew kwalunkwe objettiv sussegwenti f’dak ir-rigward maqbula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-2030;

▼B

(12) 

“sistema tal-inventarju nazzjonali” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti fi Stat Membru biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar ta' gassijiet serra, u biex tiġi rrapportata u arkivjata l-informazzjoni tal-inventarju;

(13) 

“indikatur” tfisser fattur jew varjabbli kwantitattiv jew kwalitattiv li jikkontribwixxi biex jinftiehem aħjar il-progress fl-implimentazzjoni;

(14) 

“indikaturi ewlenin” tfisser l-indikaturi għall-progress li jkun sar fir-rigward tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija kif proposti mill-Kummissjoni;

(15) 

“korrezzjonijiet tekniċi” tfisser aġġustamenti fl-istimi tal-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra li jkunu saru fil-kuntest tar-rieżami mwettaq skont l-Artikolu 38 meta d-data tal-inventarju li tkun intbagħtet ma tkunx kompluta jew tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mar-regoli jew mal-linji gwida rilevanti internazzjonali jew tal-Unjoni u li jkunu maħsuba biex jissostitwixxu l-istimi li jkunu ntbagħtu oriġinarjament;

(16) 

“garanzija tal-kwalità” tfisser sistema ppjanata ta' proċeduri ta' rieżami biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-kwalità tad-data u li jiġu rrapportati l-aqwa stimi u informazzjoni possibbli bl-għan li tiġi appoġġata l-effettività tal-programm ta' kontroll tal-kwalità u tingħata assistenza lill-Istati Membri;

(17) 

“kontroll tal-kwalità” tfisser sistema ta' attivitajiet tekniċi li jsiru regolarment sabiex titkejjel u tiġi kkontrollata l-kwalità tal-informazzjoni u tal-istimi miġbura bl-għan li tiġi żgurata l-integrità, il-korrettezza u l-kompletezza tad-data, jiġu identifikati u indirizzati l-iżbalji u l-omissjonijiet, jiġu ddokumentati u arkivjati d-data u kull materjal ieħor li jintuża, u jiġu rreġistrati l-attivitajiet kollha ta' garanzija;

(18) 

“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tfisser li fid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ippjanar, il-politika u l-investimenti marbutin mal-enerġija, jitqiesu sew il-miżuri alternattivi ta' kosteffiċjenza tal-effiċjenza enerġetika u ta' provvista tal-enerġija aktar effiċjenti, b'mod partikolari permezz ta' ffrankar enerġetiku kosteffikaċi fil-konsum finali, inizjattivi ta' ġestjoni tad-domanda u konverżjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu l-objettivi ta' dawk id-deċiżjonijiet;

(19) 

“Pjan SET” tfisser il-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 intitolata “Lejn Pjan Strateġiku Integrat għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SET): Aċċelerazzjoni tat-Trasformazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija Ewropea”;

(20) 

“sforzi bikrija” tfisser:

(a) 

fil-kuntest tal-valutazzjonijiet ta' diskrepanza potenzjali bejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri, il-kisba ta' Stat Membru ta' sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 'l fuq mill-mira vinkolanti nazzjonali tiegħu għall-2020 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew il-progress bikri ta' Stat Membru lejn il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020;

▼M5

(b) 

fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq il-valutazzjoni skont l-Artikolu 29(1), il-punt (b), fir-rigward tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-implimentazzjoni bikrija tal-kontribut ta’ Stat Membru lejn il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u kif imkejjel mal-punti ta’ referenza nazzjonali tagħha għall-enerġija rinnovabbli;

▼B

(21) 

“kooperazzjoni reġjonali” tfisser kooperazzjoni bejn żewġ Stati Membri jew aktar involuti fi sħubija li tkopri waħda jew iktar mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;

(22) 

“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(23) 

“konsum finali gross tal-enerġija” tfisser konsum finali gross tal-enerġija kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(24) 

“skema ta' appoġġ” tfisser skema ta' appoġġ kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(25) 

“tiġdid” (repowering) tfisser tiġdid kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(26) 

“komunità tal-enerġija rinnovabbli” tfisser komunità tal-enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(27) 

“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(28) 

“skart” tfisser skart kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(29) 

“bijomassa” tfisser bijomassa kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(30) 

“bijomassa agrikola” tfisser bijomassa agrikola kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(31) 

“bijomassa forestali” tfisser bijomassa forestali kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(32) 

“karburanti tal-bijomassa” tfisser karburanti tal-bijomassa kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(33) 

“bijogass” tfisser bijogass kif definit fil-punt (28) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(34) 

“bijolikwidi” tfisser bijolikwidi kif definit fil-punt (32) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(35) 

“bijokarburanti” tfisser bijokarburanti kif definit fil-punt (33) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(36) 

“bijokarburanti avvanzati” tfisser bijokarburanti avvanzati kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(37) 

“karburanti tal-karbonju riċiklat” tfisser karburanti tal-karbonju riċiklat kif definiet fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(38) 

“għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu” tfisser għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(39) 

“għelejjel tal-ikel u tal-għalf” tfisser għelejjel tal-ikel u tal-għalf kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(40) 

“materjal linjoċellulożiku” tfisser materjal linjoċellulożiku kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(41) 

“residwi” tfisser residwu kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(42) 

“konsum primarju tal-enerġija” tfisser konsum primarju tal-enerġija kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(43) 

“konsum finali tal-enerġija” tfisser konsum finali tal-enerġija kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(44) 

“effiċjenza fl-enerġija” tfisser effiċjenza fl-enerġija kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(45) 

“iffrankar tal-enerġija” tfisser iffrankar tal-enerija kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(46) 

“titjib fl-effiċjenza fl-enerġija” tfisser titjib fl-effiċjenza fl-enerġija kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(47) 

“servizz tal-enerġija” tfisser servizz tal-enerġija kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(48) 

“spazju totali ta' art li tista' tintuża” tfisser spazju totali ta' art li tista' tintuża kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(49) 

“sistema ta' ġestjoni tal-enerġija” tfisser sistema ta' ġestjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(50) 

“parti obbligata” tfisser parti obbligata kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(51) 

“awtorità pubblika ta' implimentazzjoni” tfisser awtorità pubblika ta' implimentazzjoni kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(52) 

“azzjoni individwali” tfisser azzjoni individwali kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(53) 

“distributur tal-enerġija” tfisser distributur tal-enerġija kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(54) 

“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE u fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/UE;

(55) 

“kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(56) 

“fornitur ta' servizz tal-enerġija” tfisser fornitur ta' servizz tal-enerġija kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(57) 

“kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija” tfisser kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(58) 

“koġenerazzjoni” tfisser koġenerazzjoni kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(59) 

“bini” tfisser bini kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;

(60) 

“bini b'użu ta' kważi żero enerġija” tfisser bini b'użu ta' kważi żero enerġija kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;

(61) 

“pompa tas-sħana” tfisser pompa tas-sħana kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;

(62) 

“karburant fossili” tfisser sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli bbażati fuq il-karbonju bħal karburanti solidi, gass naturali u żejt;

▼M3

(63) 

“sistema ta' informazzjoni ġeografika” tfisser sistema tal-kompjuter li tkun kapaċi tiġbor, taħżen, tanalizza u turi informazzjoni referenzjata b'mod ġeografiku;

(64) 

“applikazzjoni ġeospazjali” tfisser formola ta' applikazzjoni elettronika li tinkludi applikazzjoni tal-IT ibbażata fuq sistema ta' informazzjoni ġeografika li tippermetti lill-benefiċjarji jiddikjaraw, mil-lat spazjali, il-bċejjeċ tar-raba' tal-azjenda u ż-żoni mhux agrikoli li għalihom qed jitolbu pagament.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.