|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.Ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima għandu jkopri l-elementi li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi, inkluż il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u biex jiġu ffinanzjati u implimentati l-politiki u l-miżuri meħtieġa biex dawn jintlaħqu, inkluż rieżami tal-investiment reali vis à vis s-suppożizzjonijiet ta’ investiment inizjali;
(b)
meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar il-progress fl-istabbiliment tad-djalogu msemmi fl-Artikolu 11;
(c)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 20 sa 25 u, meta jkun xieraq, l-aġġornamenti dwar il-politiki u l-miżuri, b'konformità ma' dawk l-Artikoli;
(d)
informazzjoni dwar l-adattament skont il-punt (a)(1) tal-Artikolu 4;
(e)
sa fejn ikun possibbli kwantifikazzjoni tal-impatt tal-politiki u l-miżuri fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima fuq il-kwalità tal-arja u fuq l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti biennali skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, kif ukoll il-komunikazzjonijiet nazzjonali skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC lis-Segretarjat tal-UNFCCC. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|