|
+Artikolu 21 Rapportar integrat dwar l-effiċjenza enerġetika |
Artikolu 21 Rapportar integrat dwar l-effiċjenza enerġetikaArtikolu 21 Rapportar integrat dwar l-effiċjenza enerġetika L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima l-informazzjoni:
(a)
dwar l-implimentazzjoni tat-trajettorji, l-objettivi u l-miri nazzjonali li ġejjin:
(1)
it-trajettorja indikattiva għall-konsum tal-enerġija primarja u finali annwali mill-2021 sal-2030 bħala l-kontribut nazzjonali għall-iffrankar tal-enerġija biex tinkiseb il-mira fil-livell tal-Unjoni għall-2030, inkluża l-metodoloġija sottostanti;
(2)
l-istadji importanti indikattivi tal-istrateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, u l-kontributi għall-miri ta' effiċjenza tal-enerġija tal-Unjoni skont id-Direttiva 2012/27/UE b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;
(3)
meta jkun applikabbli, aġġornament dwar objettivi nazzjonali oħra stabbiliti fil-pjan nazzjonali;
(b)
dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri li ġejjin:
(1)
il-politiki, il-miżuri u l-programmi implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll l-objettivi l-oħra msemmija fl-Artikolu 6, inklużi l-miżuri u l-istrumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) biex jiġu promossi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-miżuri biex jintużaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku u miżuri oħra biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;
(2)
meta jkun applikabbli, strumenti bbażati fuq is-suq li jinċentivaw it-titjib fl-effiċjenza enerġetika, inklużi t-taxxi, l-imposti u l-kwoti fuq l-enerġija iżda mhux biss;
(3)
l-iskema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri alternattivi skont l-Artikolu 7a u b tad-Direttiva 2012/27/UE u b'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament;
(4)
L-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;
(5)
il-politiki u l-miżuri biex jiġu promossi s-servizzi tal-enerġija fis-settur pubbliku u l-miżuri biex jitneħħew l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jxekklu t-twettiq tal-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli oħra ta' servizz tal-effiċjenza enerġetika;
(6)
il-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, meta jkun applikabbli;
(7)
mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta' finanzjament, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika fil-livell nazzjonali, meta jkun applikabbli;
(c)
kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IX. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|