|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-miżuri li ġejjin:
(a)
il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 b'kunsiderazzjoni tal-mira ta' interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 ta' mill-inqas 15 % u l-indikaturi stabbiliti fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I, kif ukoll il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-kisba ta' dan il-livell, inklużi dawk relatati mal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet;
(b)
il-proġetti, ewlenin tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija;
(c)
meta jkun applikabbli, il-proġetti prinċipali previsti ta' infrastruttura għajr il-Proġetti ta' Interess Komuni, inklużi proġetti ta' infrastruttura li jinvolvu pajjiżi terzi, u, sa fejn ikun fattibbli, valutazzjoni ġenerali tal-kompatibilita tagħhom mal-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija, u tal-kontribut tagħhom għal tali għanijiet u miri;
(d)
l-objettivi nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċità negozjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis, u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali;
(e)
meta jkun applikabbli, l-objettivi u l-miżuri nazzjonali relatati mal-parteċipazzjoni nondiskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin, inkluż permezz tal-aggregazzjoni, fis-swieq tal-enerġija kollha;
(f)
meta jkun applikabbli, l-objettivi u l-miżuri nazzjonali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija u jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-arloġġi intelliġenti;
(g)
il-miżuri biex tiġi żgurata l-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku;
(h)
il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (a) sa (g);
(i)
il-kooperazzjoni reġjonali fl-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-politiki msemmija fil-punti (a) sa (h);
(j)
mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta' finanzjament fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, fil-qasam tas-suq intern tal-enerġija, inkluż għall-mira ta' interkonnessjoni tal-elettriku, meta jkun applikabbli;
(k)
il-miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż l-introduzzjoni tal-akkoppjament tas-swieq tal-istess ġurnata u tas-swieq tal-ibbilanċjar transfruntiera. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|