|
+Artikolu 27 Rapportar dwar il-miri għall-2020 |
Artikolu 27 Rapportar dwar il-miri għall-2020Artikolu 27 Rapportar dwar il-miri għall-2020 Sat-30 ta' April 2022, kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-kisba tal-mira nazzjonali tiegħu dwar l-effiċjenza enerġetika għall-2020 stabbilita skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/27/UE billi jipprovdi l-informazzjoni stipulata fil-Parti 2 tal-Anness IX ta' dan ir-Regolament, u tal-miri globali nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020 kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva 2009/28/KE fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2020 billi jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-ishma settorjali (elettriku, tisħin u tkessiħ, u trasport) u globali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020;
(b)
il-miżuri meħuda biex jinkisbu l-miri nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli għall-2020, inklużi miżuri relatati ma' skemi ta' appoġġ, garanzija ta' oriġini u simplifikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi;
(c)
is-sehem tal-enerġija minn bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn għelejjel taċ-ċereali u oħrajn b'kontenut għoli ta' lamtu, zokkor u għelejjel taż-żejt fil-konsum tal-enerġija fit-trasport;
(d)
is-sehem tal-enerġija minn bijokarburanti u bijogass għat-trasport prodotti minn materja prima u ta' karburanti oħra elenkati fil-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva 2009/28/KE fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2020 fil-konsum tal-enerġija fit-trasport. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|