+Artikolu 29 Valutazzjoni tal-progress
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
|
Artikolu 29 Valutazzjoni tal-progress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Sal-31 ta' Ottubru 2021 u sussegwentement kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari abbażi tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, ta' informazzjoni oħra rrapportata skont dan ir-Regolament, tal-indikaturi u tal-istatistika u d-data Ewropea meta jkunu disponibbli:
(a)
il-progress li jkun sar fil-livell tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030, b'mod partikolari bl-għan li tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza fil-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030;
▼M2
(b)
il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-objettivi, inkluż il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-miri u l-kontributi tiegħu u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima;
▼B
(c)
l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima globali, inkluż permezz tal-emissjonijiet jew tal-effetti mhux tas-CO2, abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26, u titjib ta' dik il-valutazzjoni b'referenza għall-avvanzi xjentifiċi u għad-data dwar it-traffiku tal-ajru, skont kif ikun xieraq.
(d)
l-impatt ġenerali tal-politiki u l-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima fuq it-tħaddim tal-miżuri ta' politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija;
(e)
l-impatt ġenerali tal-politiki u l-miżuri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima dwar it-tħaddim tal-iskema għan-negozjar ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU ETS) u dwar il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti fis-suq Ewropew tal-karbonju.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni abbażi ta’ trajettorja indikattiva tal-Unjoni li tibda minn 20 % fl-2020, tilħaq punti ta’ referenza ta’ mill-anqas 18 % fl-2022, 43 % fl-2025 u 65 % fl-2027 taż-żieda totali fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2020 u l-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u tilħaq il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress lejn il-kisba kollettiva ta' konsum tal-enerġija massimu fil-livell tal-Unjoni ta' 1 128 Mtoe ta' enerġija primarja u 846 Mtoe ta' enerġija finali fl-2030 b'konformità mal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE. Meta twettaq il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:
(a)
tikkunsidra nkisbitx il-mira tal-Unjoni ta' mhux iżjed minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja jew ta' mhux iżjed minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020;
(b)
tivvaluta jekk il-progress tal-Istati Membri jindikax li l-Unjoni kollha qiegħda fit-triq it-tajba lejn il-livell ta' konsum tal-enerġija fl-2030 kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom ta' progress dwar l-enerġija u l-klima;
(c)
tuża r-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u tuża analiżi komplementari oħra;
(d)
tieħu kont dovut taċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarju u finali indikati mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom, b'konformità mal-Artikolu 6(2).
|
|
Artikolu 29 4.
|
Fil-qasam tas-suq intern tal-enerġija, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar lejn il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Sal-31 ta' Ottubru 2021 u sussegwentement kull sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari, abbażi tal-informazzjoni rapportata skont dan ir-Regolament, jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunux għamlu progress suffiċjenti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-impenji skont l-Artikolu 4 tal-UNFCCC u l-Artikolu 3 tal-Ftehim ta' Pariġi kif stabbilit fid-deċiżjonijiet adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, jew mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi;
(b)
l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/842 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841;
(c)
l-objettivi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż l-iktar reċenti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
|
|
Artikolu 29 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-valutazzjoni tagħha b'konformità ma' dan l-Artikolu bħala parti mir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|