|
+Artikolu 41 1. |
Artikolu 41 1.L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw għalkollox ma' xulxin u mal-Unjoni fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw:
(a)
il-proċess għat-tħejjija, għall-adozzjoni, għan-notifika u għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikoli 9 sa 13;
(b)
il-proċess għat-tħejjija, għall-adozzjoni, għan-notifika u għall-valutazzjoni tar-rapport nazzjonali integrat ta' progress dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 u tar-rapportar annwali skont l-Artikolu 26;
(c)
il-proċess marbut mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-indirizzar ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 9(2) u (3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 32(1) u (2);
(d)
il-kompilazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u t-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni, b'konformità mal-Artikolu 26(4);
(e)
it-tħejjija tal-komunikazzjoni nazzjonali tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC u tar-rapport ta' kull sentejn tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 jew deċiżjonijiet sussegwenti rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC;
(f)
il-proċeduri ta' rieżami u ta' konformità skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi b'konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni applikabbli skont il-UNFCCC kif ukoll il-proċedura ta' rieżami tal-Unjoni għall-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 38;
(g)
kwalunkwe aġġustament wara l-proċess ta' rieżami msemmi fl-Artikolu 38 jew tibdil ieħor fl-inventarji u fir-rapporti dwar l-inventarji li jkunu ntbagħtu jew li jkunu jridu jintbagħtu lis-Segretarjat tal-UNFCCC;
(h)
il-komplilazzjoni tal-inventarju approssimat dwar il-gassijiet serra tal-Unjoni, skont l-Artikolu 26(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|