|
+Artikolu 58 Dispożizzjonijiet tranżitorji |
Artikolu 58 Dispożizzjonijiet tranżitorjiArtikolu 58 Dispożizzjonijiet tranżitorji B'deroga mill-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 7 u l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikomplu japplikaw għar-rapporti li jkun fihom id-data meħtieġa skont dawk l-artikoli għall-2018, għall-2019 u għall-2020. L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika rigward it-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għar-rieżamijiet tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għall-2018, għall-2019 u għall-2020. L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għall-preżentazzjoni tar-rapport meħtieġ skont dak l-artikolu. Għal raġunijiet ta' koerenza u ta' ċertezza legali, l-ebda element f'dan ir-Regolament ma jimpedixxi l-applikazzjoni ta' derogi skont il-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku u tat-tħejjija għar-riskji marbutin mal-elettriku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|