+KAPITOLU 8 Dispożizzjonijiet finali
---+Artikolu 43 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 43 1.
------+Artikolu 43 2.
------+Artikolu 43 3.
------+Artikolu 43 4.
------+Artikolu 43 5.
------+Artikolu 43 6.
---+Artikolu 44 Kumitati
------+Artikolu 44 1.
------+Artikolu 44 2.
------+Artikolu 44 3.
------+Artikolu 44 4.
------+Artikolu 44 5.
------+Artikolu 44 6.
---+Artikolu 45 Rieżami
---+Artikolu 46 Emendi għad-Direttiva 94/22/KE
---+Artikolu 47 Emendi għad-Direttiva 98/70/KE
---+Artikolu 48 Emendi għad-Direttiva 2009/31/KE
---+Artikolu 49 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 663/2009
---+Artikolu 50 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009
---+Artikolu 51 Emendi għad-Direttiva 2009/73/KE
---+Artikolu 52 Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE
---+Artikolu 53 Emendi għad-Direttiva 2010/31/UE
---+Artikolu 54 Emendi għad-Direttiva 2012/27/UE
---+Artikolu 55 Emenda għad-Direttiva 2013/30/UE
---+Artikolu 56 Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/652
---+Artikolu 57 Tħassir
---+Artikolu 58 Dispożizzjonijiet tranżitorji
---+Artikolu 59 Dħul fis-seħħ

KAPITOLU 8 Dispożizzjonijiet finali

KAPITOLU 8 Dispożizzjonijiet finali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 44 Kumitati
Artikolu 45 Rieżami

Artikolu 45

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur dwar kull rendikont globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, il-kontribut tiegħu għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-progress lejn il-kisba tal-miri dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, objettivi addizzjonali tal-Unjoni tal-Enerġija u l-konformità tad-dispożizzjonijiet dwar l-ippjanar, ir-rapportar u l-monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament ma’ liġijiet jew ma’ deċiżjonijiet oħra tal-Unjoni marbutin mal-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi. Ir-rapporti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi meta jkun xieraq.

Artikolu 46 Emendi għad-Direttiva 94/22/KE

Artikolu 46

Emendi għad-Direttiva 94/22/KE

Id-Direttiva 94/22/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(2) 

l-Artikolu 9 huwa mħassar.

Artikolu 47 Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Artikolu 47

Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:

(a) 

fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a) il-volum totali tal-provvista ta' kull tip ta' karburant jew ta' enerġija; u”;

(b) 

fil-paragrafu 2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri jnaqqsu bl-iktar mod gradwali possibbli ċ-ċiklu ta' ħajja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal kull unità ta' enerġija mill-provvista ta' karburant u ta' enerġija sa massimu ta' 10 % sal-31 ta' Diċembru 2020, meta mqabbel mal-istandard ta' referenza tal-karburant stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652. Dan it-tnaqqis għandu jikkonsisti fi:”;
(2) 

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 3 titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-pront bil-mezzi xierqa.”.
Artikolu 48 Emendi għad-Direttiva 2009/31/KE

Artikolu 48

Emendi għad-Direttiva 2009/31/KE

Id-Direttiva 2009/31/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kull erba' snin l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż ir-reġistru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 25. L-ewwel rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2011. Ir-rapport għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni ġenerali li l-Kummissjoni tkun adottat fl-għamla ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Dak il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni ġenerali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri tal-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport.”;

(2) 

fl-Artikolu 38, il-paragrafu 1 huwa mħassar.

Artikolu 49 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 663/2009

Artikolu 49

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 663/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 663/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 3 huma mħassra;

(2) 

l-Artikolu 28 huwa mħassar.

Artikolu 50 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

Artikolu 50

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 29 huwa mħassar.

Artikolu 51 Emendi għad-Direttiva 2009/73/KE

Artikolu 51

Emendi għad-Direttiva 2009/73/KE

Id-Direttiva 2009/73/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 5 huwa mħassar;

(2) 

l-Artikolu 52 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 52

Rapportar

Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport ġenerali ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala anness tar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).

Artikolu 52 Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE

Artikolu 52

Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE

Fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/119/KE, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  
Kull sena sal-15 ta' Marzu, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni kopja fil-qosor tar-reġistru tal-istokk imsemmi fil-paragrafu 1 li turi minn tal-inqas il-kwantitajiet u n-natura tal-istokk ta' emerġenza inklużi fir-reġistru fl-aħħar jum tas-sena kalendarja preċedenti.”.
Artikolu 53 Emendi għad-Direttiva 2010/31/UE

Artikolu 53

Emendi għad-Direttiva 2010/31/UE

Id-Direttiva 2010/31/UE hija emendata kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 2a huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul b'appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u bini mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, fi stokk ta' bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050, biex hekk tkun iffaċilitata t-trasformazzjoni kosteffikaċi tal-bini eżistenti f'bini b'użu ta' kważi żero enerġija. Kull strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul għandha tinkludi:”;
(b) 

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.  
L-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul ta' kull Stat Membru għandha tintbagħat lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima finali tagħha, imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ). B'deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament, l-ewwel strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun ippreżentata lill-Kummissjoni sal-10 ta' Marzu 2020.
(2) 

fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2), is-sentenza “Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE” hija mħassra;

(3) 

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.  
Bħala parti mir-rapport tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni kull erba' snin għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda tal-għadd ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija. Abbażi ta' din l-informazzjoni rrapportata, il-Kummissjoni għandha, meta jkun meħtieġ, tiżviluppa pjan ta' azzjoni u tipproponi rakkomandazzjonijiet u miżuri b'konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 biex jiżdied l-għadd ta' dak il-bini u tħeġġeġ li jintużaw l-aħjar prattiki fir-rigward tat-trasformazzjoni kosteffikaċi ta' bini eżistenti f'bini b'użu ta' kważi żero enerġija.”;
(4) 

fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra;

(5) 

fl-Artikolu 14(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999”;

(6) 

Fl-Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999.”.

Artikolu 54 Emendi għad-Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 54

Emendi għad-Direttiva 2012/27/UE

Id-Direttiva 2012/27/UE hija emendata kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 4 huwa mħassar;

(2) 

fl-Artikolu 18(1), il-punt (e) huwa mħassar;

(3) 

l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafi 1, 3, 4 u 11 huma mħassra;

(b) 

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(4) 

l-Anness XIV huwa mħassar.

Artikolu 55 Emenda għad-Direttiva 2013/30/UE

Artikolu 55

Emenda għad-Direttiva 2013/30/UE

Fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/30/UE, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Kull sena l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapportar annwali msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), l-informazzjoni speċifikata fil-punt 3 tal-Anness IX.
Artikolu 56 Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/652

Artikolu 56

Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/652

Id-Direttiva (UE) 2015/652 hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Kull sena sal-31 ta' Diċembru, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni data għas-sena kalendarja preċedenti relatata mal-konformità mal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE, kif definit fl-Anness III ta' din id-Direttiva.”;
(2) 

fl-Anness I, il-Parti 2, il-punti 1(h), 2, 3, 4 u 7 huma mħassra.

(3) 

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. L-Istati Membri jridu jirrapportaw id-data elenkata fil-punt 3. Dik id-data trid tiġi rrapportata għal kull karburant u enerġija mqiegħda fis-suq f'kull Stat Membru. Meta l-bijokarburanti multipli jkunu mħallta mal-karburanti fossili, trid tiġi pprovduta d-data għal kull bijokarburant.”;

(b) 

fil-punt 3, il-punti (e) u (f) huma mħassra;

(4) 

l-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-mudelli li ġejjin għar-rapportar tal-informazzjoni għall-konsistenza tad-data rrapportata huma mħassra:

— 
Oriġini – Fornituri Uniċi
— 
Oriġini – Fornituri Konġunti
— 
Post tax-Xiri
(b) 

fin-noti dwar il-format, il-punti 8 u 9 huma mħassra.

Artikolu 57 Tħassir

Artikolu 57

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għandu jitħassar b'effett mill-24 ta' Diċembru 2018. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XIII.

Artikolu 58 Dispożizzjonijiet tranżitorji

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet tranżitorji

B'deroga mill-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 7 u l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikomplu japplikaw għar-rapporti li jkun fihom id-data meħtieġa skont dawk l-artikoli għall-2018, għall-2019 u għall-2020.

L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika rigward it-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto.

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għar-rieżamijiet tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għall-2018, għall-2019 u għall-2020.

L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għall-preżentazzjoni tar-rapport meħtieġ skont dak l-artikolu.

Għal raġunijiet ta' koerenza u ta' ċertezza legali, l-ebda element f'dan ir-Regolament ma jimpedixxi l-applikazzjoni ta' derogi skont il-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku u tat-tħejjija għar-riskji marbutin mal-elettriku.

Artikolu 59 Dħul fis-seħħ

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 40, l-Artikolu 53(2), (3) u (4), il-punt (a) tal-Artikolu 54(3), l-Artikolu 54(4), u l-Artikolu 55 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.