+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-iskopjiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 (1)

"kontenut diġitali" tfisser data li tiġi prodotta u pprovduta f'forma diġitali;

Artikolu 2 (2)

"servizz diġitali" tfisser:

(a)

servizz li jippermetti lill-konsumatur joħloq, jipproċessa, jaħżen jew li jkollu aċċess għal data f'forma diġitali; or

(b)

servizz li jippermetti l-kondiviżjoni ta' data f'format diġitali jew il-kondiviżjoni magħha, li tkun imtellgħa jew maħluqa mill-konsumatur jew utenti oħra ta' dak is-servizz;

Artikolu 2 (3)

"oġġetti b'elementi diġitali" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli li jinkorpora, jew li huwa interkonness ma', kontenut diġitali jew servizz diġitali b'tali mod li l-assenza ta' dak il-kontenut diġitali jew servizz diġitali ma tippermettix li l-oġġett ijwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

Artikolu 2 (4)

"integrazzjoni" tfisser l-irbit flimkien u l-inkorporazzjoni ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali mal-komponenti tal-ambjent diġitali tal-konsumatur sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun jista' jintuża f'konformità mal-rekwiżiti għall-konformità previsti minn din id-Direttiva;

Artikolu 2 (5)

"kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-fatt jekk hijiex ta' sjieda privata jew pubblika, li qed taġixxi, inkluż permezz ta' kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem dik il-persuna fiżika jew legali jew għan-nom ta’ dik il-persuna, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna, fir-rigward ta' kuntratti koperti minn din id-Direttiva;

Artikolu 2 (6)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika, li, b'rabta ma' kuntratti koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta' dik il-persuna;

Artikolu 2 (7)

"prezz" tfisser flus jew rappreżentazzjoni diġitali ta' valur li hija dovuta bi skambju għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali;

Artikolu 2 (8)

"data personali" tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;

Artikolu 2 (9)

"ambjent diġitali" tfisser ħardwer, softwer u kwalunkwe konnessjoni ta' netwerk użata mill-konsumatur biex ikollu aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali jew jagħmel użu minnhom;

Artikolu 2 (10)

"kompatibbiltà" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiffunzjona b'ħardwer jew softwer li bihom normalment jintuża kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-istess tip, mingħajr il-ħtieġa li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi kkonvertit;

Artikolu 2 (11)

"funzjonalità" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-iskop tiegħu;

Artikolu 2 (12)

"interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiffunzjona b'ħardwer jew softwer differenti minn dawk li normalment bihom jintuża kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-istess tip;

Artikolu 2 (13)

"mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-kummerċjant jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lil dik il-persuna b'mod li huwa aċċessibbli għal referenza futura, għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0770
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.