2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu ta' liċenzjar imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi applikat biss f'oqsma ta' użu definiti sew, fejn il-ksib ta' awtorizzazzjonijiet mid-detenturi tad-drittijiet fuq bażi individwali ikun tipikament oneruż u mhux prattiku sal-punt li jnaqqas il-probabbiltà li ssir it-tranżazzjoni ta' liċenzjar meħtieġa, minħabba n-natura tal-użu jew tat-tipi ta' xogħlijiet jew materjal ieħor ikkonċernati, u għandhom jiżguraw li tali mekkaniżmu ta' liċenzjar jissalvagwardja l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet.