|
+Artikolu 13 Mekkaniżmu ta' negozjar |
Artikolu 13 Mekkaniżmu ta' negozjarArtikolu 13 Mekkaniżmu ta' negozjar L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet huma u jipprovaw jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru servizzi video-on-demand, jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta' korp imparzjali jew ta' medjaturi. Il-korp imparzjali stabbilit jew maħtur minn Stat Membru għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u l-medjaturi għandhom jipprovdu assistenza lill-partijiet fin-negozjati tagħhom u jgħinu lill-partijiet jilħqu l-ftehimiet, inkluż, fejn xieraq, billi jibagħtulhom il-proposti. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-korp jew il-medjaturi msemmija fl-ewwel paragrafu sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ġunju 2021. Fejn l-Istati Membri jkunu għażlu li jiddependu fuq il-medjazzjoni, in-notifika lill-Kummissjoni għandha mill-inqas tinkludi, meta tkun disponibbli, is-sors fejn tkun tista' tinkiseb l-informazzjoni rilevanti dwar il-medjaturi fdati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|