+Artikolu 19 Obbligu ta' trasparenza
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
---+Artikolu 19 5
---+Artikolu 19 6

Artikolu 19 Obbligu ta' trasparenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari, ikkonċernati minn tal-inqas darba fis-sena, u b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni aġġornata, rilevanti u komprensiva dwar l-isfruttament tax-xogħlijiet u l-prestazzjonijiet tagħhom mill-partijiet li lilhom ikunu lliċenzjaw jew ttrasferew id-drittijiet tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut kollu.

Artikolu 19 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew sussegwentement liċenzjati, l-awturi u l-artisti jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom, fuq talba tagħhom, jirċievu, minn persuna b'subliċenzja, informazzjoni addizzjonali, fil-każ li l-ewwel kontroparti kuntrattwali tagħhom ma jkollhiex l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafu 1.

Meta dik l-informazzjoni addizzjonali tkun mitluba, l-ewwel kontroparti kuntrattwali tal-awturi u l-artisti għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-identità ta' dawk il-persuni b'subliċenzja.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li kwalunkwe talba għal subliċenzjar skont l-ewwel subparagrafu ssir direttament jew indirettament permezz tal-kontroparti kuntrattwali tal-awtur jew tal-artist.

Artikolu 19 3

3.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv bil-għan li jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f'każijiet debitament ġustifikati meta l-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 isir sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-obbligu jkun limitat għat-tipi u l-livell ta' informazzjoni li jistgħu jiġu raġonevolment mistennija f'każijiet bħal dawn.

Artikolu 19 4

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika meta l-kontribut ta' awtur jew artist ma jkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni, sakemm l-awtur jew l-artist ma jurix li jeħtieġ l-informazzjoni biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 20(1) u jitlob l-informazzjoni għal dak l-iskop.

Artikolu 19 5

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li għal ftehimiet soġġetti għal jew ibbażati fuq ftehimiet ta' negozjar kollettiv, ir-regoli ta' trasparenza tal-ftehim ta' negozjar kollettiv rilevanti huma applikabbli bil-kundizzjoni li dawk ir-regoli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 19 6

6.   Fejn ikun applikabbli l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/26/UE, l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika fir-rigward tal-ftehimiet konklużi mill-entitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(a) u (b) ta' dik id-Direttiva jew minn entitajiet oħra soġġetti għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0790
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.