2. Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mekkaniżmu ta' revoka previst fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu previsti mil-liġi nazzjonali b'kont meħud ta' dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-ispeċifiċitajiet tas-setturi differenti u t-tipi differenti ta' xogħlijiet u spettakli; u
|
|
(b)
|
fejn xogħol jew materjal ieħor ikun fih il-kontribut ta' aktar minn awtur jew artist wieħed, l-importanza relattiva tal-kontributi individwali u l-interessi leġittimi tal-awturi u l-artisti kollha affettwati mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' revoka min-naħa ta' awtur jew artist individwali.
|
L-Istati Membri jistgħu jeskludu xogħlijiet jew materjal ieħor mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' revoka jekk dawn ix-xogħlijiet jew materjal ieħor normalment ikun fihom kontributi minn diversi awturi jew artisti.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-mekkaniżmu ta' revoka jista' japplika biss f'perijodu ta' żmien speċifiku, fejn tali restrizzjoni tkun debitament ġustifikata mill-ispeċifiċitajiet tas-settur, jew tat-tip ta' xogħol jew ta' materjal ieħor ikkonċernat.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awturi jew artisti jistgħu jagħżlu li jtemmu l-esklużività tal-kuntratt minflok jirrevokaw il-liċenzja jew it-trasferiment tad-drittijiet.