|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness, f’konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari l-prevenzjoni tal-iskart, li jwassal għal treġġigħ lura sostanzjali ta’ tendenzi ta’ konsum li qed jiżdied. Dawk il-miżuri għandhom jiksbu tnaqqis kwantitattiv miżurabbli fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tal-Istat Membru sal-2026 meta mqabbel mal-2022. Sat-3 ta’ Lulju 2021, l-Istati Membri għandhom iħejju deskrizzjoni tal-miżuri li jkunu adottaw skont l-ewwel subparagrafu, jinnotifikaw id-deskrizzjoni lill-Kummissjoni u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-miżuri stipulati fid-deskrizzjoni fil-pjanijiet jew programmi msemmija fl-Artikolu 11 mal-ewwel aġġornament sussegwenti ta’ dawk il-pjanijiet jew programmi skont l-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni li jirregolaw dawk il-pjanijiet jew programmi, jew fi kwalunkwe programm ieħor imfassal speċifikament għal dak l-iskop. Il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali jkunu disponibbli alternattivi riutilizzabbli għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness, strumenti ekonomiċi bħal strumenti li jiżguraw li dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali u l-ftehimiet kif imsemmi fl-Artikolu 17(3). L-Istati Membri jistgħu jimponu restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni b’deroga mill-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE għall-finijiet tal-prevenzjoni tar-rimi bl-addoċċ ta’ tali prodotti sabiex jiżguraw li dawn jiġu sostitwiti b’alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw jew li ma fihomx plastik. Il-miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali ta’ dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż meta jiġu mormija bl-addoċċ. Il-miżuri adottati skont dan il-paragrafu għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) fejn dan ikun meħtieġ minn dik id-Direttiva. Sabiex ikun konformi mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kull Stat Membru għandu jimmonitorja l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness li jitqiegħdu fis-suq u l-miżuri ta’ tnaqqis meħuda u għandu jirrapporta dwar il-progress li jkun sar lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 13(1) bil-ħsieb li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-konsum. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|