+Artikolu 4 Tnaqqis tal-konsum
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.

Artikolu 4 Tnaqqis tal-konsum

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness, f’konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari l-prevenzjoni tal-iskart, li jwassal għal treġġigħ lura sostanzjali ta’ tendenzi ta’ konsum li qed jiżdied. Dawk il-miżuri għandhom jiksbu tnaqqis kwantitattiv miżurabbli fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tal-Istat Membru sal-2026 meta mqabbel mal-2022.

Sat-3 ta’ Lulju 2021, l-Istati Membri għandhom iħejju deskrizzjoni tal-miżuri li jkunu adottaw skont l-ewwel subparagrafu, jinnotifikaw id-deskrizzjoni lill-Kummissjoni u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-miżuri stipulati fid-deskrizzjoni fil-pjanijiet jew programmi msemmija fl-Artikolu 11 mal-ewwel aġġornament sussegwenti ta’ dawk il-pjanijiet jew programmi skont l-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni li jirregolaw dawk il-pjanijiet jew programmi, jew fi kwalunkwe programm ieħor imfassal speċifikament għal dak l-iskop.

Il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali jkunu disponibbli alternattivi riutilizzabbli għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness, strumenti ekonomiċi bħal strumenti li jiżguraw li dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali u l-ftehimiet kif imsemmi fl-Artikolu 17(3). L-Istati Membri jistgħu jimponu restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni b’deroga mill-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE għall-finijiet tal-prevenzjoni tar-rimi bl-addoċċ ta’ tali prodotti sabiex jiżguraw li dawn jiġu sostitwiti b’alternattivi li jistgħu jerġgħu jintużaw jew li ma fihomx plastik. Il-miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali ta’ dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż meta jiġu mormija bl-addoċċ.

Il-miżuri adottati skont dan il-paragrafu għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) fejn dan ikun meħtieġ minn dik id-Direttiva.

Sabiex ikun konformi mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kull Stat Membru għandu jimmonitorja l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness li jitqiegħdu fis-suq u l-miżuri ta’ tnaqqis meħuda u għandu jirrapporta dwar il-progress li jkun sar lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 13(1) bil-ħsieb li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-konsum.

Artikolu 4 2.
Sat-3 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.