|
+Artikolu 10 Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni |
Artikolu 10 Miżuri ta’ sensibilizzazzjoniArtikolu 10 Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-konsumaturi u biex jinċentivaw mġiba responsabbli tal-konsumatur, sabiex jitnaqqas ir-rimi bl-addoċċ derivat minn prodotti koperti minn din id-Direttiva, u għandhom jieħdu miżuri sabiex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u u lill-utenti tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dan li ġej:
(a)
id-disponibbilità ta’ alternattivi għall-użu mill-ġdid, sistemi ta’ użu mill-ġdid u l-għażliet ta’ ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u għal irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(b)
l-impatt ta’ rimi bl-addoċċ u rimi inadegwat ieħor ta’ skart ta’ dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u ta’ rkaptu tas-sajd li fih il-plastik fuq l-ambjent, b’mod partikolari fuq l-ambjent marin; u
(c)
l-impatt, fuq in-netwerk tad-drenaġġ, ta’ mezzi inadegwati ta’ rimi ta’ skart ta’ dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|